Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-prestazzjoni tas-suq tal-konsumatur Ewropew qed tiżdied - 12/08/2014

Triq kummerċjali mimlija nies f’Madrid © UE

Ċifri ġodda juru kundizzjonijiet imtejba fis-swieq kollha fl-Ewropa, għalkemm is-servizzi u s-settur tal-enerġija jagħtu lok għal tħassib.

Il-parti l-kbira tal-Ewropej huma kuntenti bis-swieq tal-prodotti, tgħid l-aħħar Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur English (en) – l-għaxar waħda tat-tip tagħha. Anke s-setturi li marru l-agħar f’dawn l-aħħar snin – p.e. il-vetturi u s-servizzi tal-ferrovija – qed juru sinjali ta’ titjib. Is-settur bankarju għadu l-anqas sodisfaċenti, bi swieq għal prodotti ta’ investiment u l-ipoteki bl-aktar ranking baxx.

Il-Kummissjoni tifli mijiet ta' prodotti u servizzif'52 suq tal-konsumatur. Il-konsumaturi madwar l-UE mbagħad jikklassifikawhom skont il-prezz, il-problemi u l-ilmenti, il-fiduċja fil-kumpaniji u l-livelli ta' sodisfazzjon.

It-tabella ta’ valutazzjoni tenfasizza l-aktar 3 oqsma problematiċi:

  • l-attività bankarja
  • is-swieq tal-enerġija
  • it-telekomunikazzjonijiet.

L-utilitajiet pubbliċi, il-prezzijiet tal-fjuwil u s-swieq tal-karozzi second-hand ukoll jeħtieġu titjib.

Is-swieq tas-servizzi b'mod konsistenti jikkawżaw aktar uġigħ ta' ras mis-swieq tal-prodotti għax uħud minnhom huma tassew kumplessi u għax l-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni kultant b'mod deliberat jagħmluha diffiċli għall-konsumatur biex jagħżel l-aħjar offerta.

Ir-riżultati jenfasizzaw ukoll id-differenzi reġjonali fis-sodisfazzjon fl-UE. Nies f'pajjiżi membri aktar antiki huma aktar sodisfatti bis-servizzi bl-imnut u tal-vetturi, filwaqt li fil-pajjiżi aktar reċenti tal-UE huma kuntenti bis-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet.

Il-passi li jmiss

L-inizjattivi tal-UE biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-konsumatur f’setturi bl-agħar prestazzjoni jinkludu

  • ir-regoli ġodda għall-kontijiet ta' pagamentiu l-prodotti ta' investiment bl-imnut
  • l-inizjattiva Kontinent Konness Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • l-isforzi biex l-offerti tal-enerġija u l-kontijiet isiru aktar trasparenti.

Il-Kummissjoni qed tħejji ruħha wkoll biex tniedi 2 studji approfonditi:

  • studju tas-suq dwar l-elettriċità bl-imnut li jqabbel is-sitwazzjoni attwali ma' dik tal-2010 u li jinvestiga l-impatt tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija DeutschEnglishfrançais tal-UE
  • studju dwar imġiba mfassal biex jgħin lill-konsumaturi jifhmu aħjar it-termini u l-kundizzjonijiet.

Studju reċenti dwar il-prezzijiet tal-fjuwil tal-vetturi juri li l-prezzijiet jistgħu jvarjaw diversi drabi kuljum f'ċerti pajjiżi. Il-websajts għat-tqabbil tal-prezzijiet għalhekk saru għodda utli għar-regolaturi biex tiżdied it-trasparenza u jitnaqqsu l-prezzijiet permezz ta' regoli ta' prezzijiet ġodda.

Problemi bis-suq tal-karozzi second-hand attwalment qed ikunu investigati b'mod profond, biex ikun hemm ħarsa ġenerali aħjar tal-kwistjonijiet u jiġu identifikati s-soluzzjonijiet possibli.

Stqarrija għall-istampa – il-kundizzjonijiet tas-suq għall-konsumaturi jkomplu jitjiebu

Skeda informattiva – l-10 tabella ta’ valutazzjoni pdf - 539 KB [539 KB] English (en)

Monitoraġġ tas-swieq English (en)

Konsumaturi u l-UE English (en)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli