Mogħdija tan-navigazzjoni

L-għanijiet tal-UE għal ekonomija mingħajr skart b’miri ogħla ta’ riċiklaġġ - 10/07/2014

Kaxxa ħadra li fiha l-iskart domestiku għar-riċiklaġġ - gazzetti, fliexken u kaxxi tal-kartun © Shutterstock

L-UE pproponiet miri ogħla ta’ riċiklaġġ f’tentattiv biex tittrasforma l-ekonomija tal-Ewropa f’waħda fejn ma jinħela xejn, biex tappoġġa t-tkabbir sostenibbli.



Skont il-miri ġodda, il-pajjiżi Ewropej għandhom

  • jipprojbixxu l-irdim ta’ skart riċiklabbli fil-miżbliet wara l-2025
  • jirriċiklaw 70% tal-iskart muniċipali (skart ta’ kuljum) u 80% tal-imballaġġ sal-2030
  • inaqqsu l-iskart tal-baħar u l-ħela tal-ikel.

Benefiċċji antiċipati jinkludu

  • ekonomija b'impatt ambjentali mnaqqas u inqas emissjonijiet tas-CO2
  • inqas domanda għar-riżorsi skarsi għoljin
  • 580 000 impjieg ġdid fl-immaniġġjar tal-iskart.

Erġa' uża, sewwi, irriċikla

L-UE qed taħdem lejn “ekonomija ċirkolari” fl-Ewropa, fejn, l-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ ta’ materjali hija n-norma - minflok ma tiġi estratta l-materja prima, nużawha darba u narmuha.

Fl-2010 fl-Ewropa, madwar 400 - 500 miljun tunnellata skart li seta’ jiġi użat mill-ġdid jew riċiklat, minflok ġie mwaddab f’miżbla jew maħruq. Jekk nagħmlu l-aħjar użu tar-riżorsi tagħna nkunu nistgħu nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE fix-xena globali u nnaqqsu d-dipendenza tagħna fuq materja prima dejjem aktar skarsa u għolja.

Mira ġdida biex titjieb il-produttività tar-riżorsi – il-proporzjon tal-Prodott Domestiku Gross ta' ekonomija għall-konsum tagħha ta’ materja prima – tista' tiġi stabbilita bħala parti mill-pjanijiet.

Intejbu l-effiċjenza, noħolqu impjiegi ġodda

L-UE tgħid li l-pass lejn ekonomija ċirkulari jista’ jiġi stimolat billi

  • niddisinjaw prodotti li huma aktar faċli jissewwew, aġġornati u riċiklati
  • noħolqu prodotti bi prestazzjoni aħjar li jdumu aktar, u proċessi ta’ produzzjoni aktar effiċjenti
  • innaqsu l-użu ta’ materjali li huma perikolużi jew diffiċli li jiġu rriċiklati
  • nipprovdu inċentivi għat-tnaqqis tal-iskart
  • nittrasformaw l-iskart f’riżorsa permezz ta’ avvanzi tekniċi.

Dan se jgħin liċ-ċittadini Ewropej biex igawdu minn ambjent aktar nadif u b’saħħtu, kif ukoll prodotti li jdumu aktar. Għan-negozji, l-ispejjeż se jonqsu b’madwar 8% tal-fatturat annwali.

Il-proposti ġew flimkien ma' serje ta' inizjattivi tal-UE biex jinħatfu l-opportunitajiet ta' tkabbir u impjiegi offruti minn ekonomija ekoloġika, u biex il-bini ġdid isir aktar favur l-ambjent.

Stqarrija għall-istampa: miri ogħla ta' riċiklaġġ

Q&As: Il-miri tal-UE dwar l-iskart English

Għandna nagħmlu l-aħjar użu tal-opportunitajiet ta’ xogħol “ekoloġiċi”, qalet l-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli