Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE ttejjeb il-websajts tal-ivvjaġġar għall-konsumaturi - 23/04/2014

Persuna tibbukkja titjira onlajn b'kard tal-kreditu © iStockphoto.com

Il-verifiki fuq websajts tal-ivvjaġġar itejbu b'mod sinifikanti l-konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi, b’62% issa jirrispettaw ir-regoli tal-UE.

Wieħed minn kull 3 utenti tal-internet fl-UE llum jibbukkja onlajn għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, bin-numru mistenni li jikber fil-futur. Biex tiżgura li l-websajts tal-ivvjaġġar qed jittrattaw il-konsumaturi kif suppost, il-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, twettaq verifiki regolari fuq websajts ta' din ix-xorta mal-Ewropa kollha.

Fl-2013 l-awtoritajiet sabu li 382 minn 552 websajt tal-ivvjaġġar kienu bi ksur tal-liġi tal-UE. Minn dak in-nhar 'l hawn ġew aġġornati u rranġati 173 websajt, filwaqt li 209 huma soġġetti għal proċedimenti li għadhom għaddejjin u 6 għalqu.

Problemi identifikati

Il-problemi ewlenin li nstabu kienu:

  • in-nuqqas li tingħata informazzjoni mandatarja dwar l-identità tal-kummerċjant, b'mod partikulari l-indirizz tal-email tiegħu
  • ebda struzzjonijiet ċari dwar kif isir ilment
  • informazzjoni żgwidata dwar il-prezz finali
  • in-nuqqas li jintwerew supplimenti ta' prezz bħala għażla abbażi ta' "għażla ta' parteċipazzjoni".

Proċedimenti amministrattivi jew legali se jkomplu għal websajts li għadhom mhumiex konformi. Prattiki oħrajn fis-settur tal-ivvjaġġar qed jiġu wkoll analizzati mill-ġdid sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom it-tagħrif rilevanti kollu u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

Għajnuna għall-konsumaturi

  • Kun żgur li l-kummerċjant jagħti ismu, il-lokalità u l-indirizz tal-email tiegħu, u fejn meħtieġ id-dettalji ta' kuntatt tal-kumpanija tal-ajru jew il-lukanda
  • Ivverifika li għandek l-informazzjoni rilevanti kollha, p.e. ir-rotta, il-ħin, il-linja tal-ajru u l-lokalità tal-lukanda
  • Ivverifika l-prezz finali, inkluża kwalunkwe spiża addizzjonali
  • Ipprintja jew issejvja kopja tat-termini tal-kuntratt. Kun konxju li jista’ jagħti l-każ li ma tkunx tista’ tikkanċella l-booking tiegħek bla ħlas – jew, effettivament, ma tistax tagħmel dan bl-ebda mod – skont il-politika ta’ kanċellazzjoni
  • Irrapporta kwalunkwe problema bla telf ta' żmien lill-kuntatti mogħtijin

Jekk ikollok bżonn aktar għajnuna, ikkuntattja organizzazzjoni tal-konsumaturi jew l-awtorità nazzjonali xierqa. Jekk għandek problema ma' kummerċjant f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' wkoll tikkuntattja liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi češtinadanskDeutschEnglishfrançaisitalianoNederlandspolskiromânăsvenska għall-assistenza.

Iċ-ċittadini tal-UE għandhom ukoll drittijiet speċifiċi meta jivvjaġġaw, għalhekk tinsiex tikkonsulta l-websjat dwar id-drittijiet tal-passiġġieri English, jew tiddawnlowdja l-app English.

Stqarrija għall-istampa: Aktar konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi fuq il-websajts tal-ivvjaġġar

Mistoqsijiet u tweġibiet – Stħarriġ dwar is-servizzi tal-ivvjaġġar

Riżultati tal-istħarriġ onlajn dwar il-bookings tal-ivvjaġġar English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli