Mogħdija tan-navigazzjoni

Nesploraw il-benefiċċji ta’ applikazzjonijiet mobbli għas-saħħa - 10/04/2014

Applikazzjoni tal-kura tas-saħħa twettaq monitoraġġ f’ħin reali minn fuq smartphone © Getty Images

L-UE tniedi konsultazzjoni biex tiġbor ideat dwar kif tista' tintuża t-teknoloġija ċellulari biex jitjiebu s-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa, li twassal għal tfaddil potenzjali ta’ € 99 biljun.

Magħrufa bħala “saħħa mobbli”, il-possibilitajiet jinkludu l-użu ta' apps fuq smartphones u tablets biex:

 

  • titkejjel il-pressjoni tad-demm
  • tfakkar lill-pazjenti biex jieħdu medikazzjoni
  • twassal l-insulina lill-persuni dijabetiċi bi trasmissjoni ta’ sinjali ta’ kontroll fil-pompa

L-UE temmen li dawn l-apps jistgħu jwasslu biex jitfaddlu €99bn fl-Ewropa, biex b'hekk jonqsu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa billi:

  • jippermettu dijanjożi bikrija
  • iħeġġu bidla lejn il-prevenzjoni aktar mill-kura
  • jiffrankaw lill-professjonisti tas-saħħa sa 30% mill-ħin tagħhom fuq l-aċċess u l-analiżi tad-dejta.

Is-saħħa mobbli għandha wkoll il-vantaġġ li tipprovdu lill-pazjenti aktar kontroll fuq is-saħħa u l-benessri tagħhom stess.

Investiment fl-innovazzjoni

Huwa stmat li sal-2017, 3.4 biljun persuna madwar id-dinja se jkollhom smartphone u nofshom se jkunu qegħdin jużaw apps tas-saħħa mobbli.

Kważi 100,000 minn dawn l-apps huma diġà disponibbli, l-aqwa 20 b'xejn għall-attivitajiet sportivi, tal-fitness u s-saħħa li jammontaw għal aktar minn 230 miljun madwar id-dinja.

S’issa l-UE investiet €100 miljun fir-riċerka tas-saħħa mobbli, finanzjament sinifikanti fl-innovazzjoni. Pereżempju:

  • Pazjenti bi problemi fil-kliewi dalwaqt se jkunu jistgħu jissorveljaw id-dijaliżi tagħhom fuq l-ismartphone
  • Diġà jeżistu apps biex jimmaniġġjaw l-istress billi joħolqu ambjenti virtwali li fih l-utenti jkunu jistgħu jitgħallmu tekniki ta' rilassament
  • Il-persunal mediku fi Graz, l-Awstrija, tejjeb ħafna l-ġestjoni interna b’sistema mobbli ġdida.

Kważi €95 miljun aktar investiment huwa disponibbli biex jiġi allokat matul is-sentejn li ġejjin.

Konsultazzjoni mal-pubbliku

Minkejja l-benefiċċji tas-saħħa mobbli, għad hemm tħassib, bħall-protezzjoni tad-dejta dwar is-saħħa miġbura minn apps u regoli dwar kif dawn l-apps jistgħu jkunu ċċertifikati bħala apparat mediku.

L-UE issa qed tistieden liċ-ċittadini, il-professjonisti tas-saħħa, l-awtoritajiet pubbliċi, il-manifatturi tal-mowbajls u oħrajn biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa mobbli, inkluż liema rekwiżiti ta’ sikurezza għandu jkun hemm għall-apps dwar is-saħħa u kif għandha titħeġġeġ l-intraprenditorija madwar is-saħħa mobbli fl-Ewropa.

Int tista' tirrispondi l-konsultazzjoni dwar is-saħħa mobbli Englishsa t-3 ta' Lulju. Fi tmiem is-sena se tiġi ppubblikata taqsira tat-tweġibiet.

Stqarrija għall-istampa — il-kura tas-saħħa f’butek

X’tista’ tagħmel għalik is-saħħa mobbli DeutschEnglishfrançais

Green Paper dwar l-mHealth English

Aġenda Diġitali għall-Ewropa — Saħħa elettronika English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli