Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċipru u l-Lussemburgu bl-aħjar ilma għall-għawm - 05/08/2013

Bajja f'Ċipru © EU

L-ilma fi kważi x-xtut tal-Ewropa kollha – u l-parti l-kbira tax-xmajjar u l-lagi tagħha – huma nodfa biżżejjed għall-għawm. U l-kwalità qed titjieb.

Jekk qed tippjana vjaġġ ħdejn xi bajja din is-sena tista' sserraħ rasek – l-ilma f’95% tal-bajjiet huwa nadif biżżejjed biex jissodisfa l-istandards minimi tal-UE. Fost is-siti għall-għawm fix-xmajjar u l-lagi, 91% minnhom huma ta' kwalità tajba.

Fl-aħħar rapport, ħafna siti ngћataw klassifikazzjoni eċċellenti għall-2012 – l-istess proporzjon bħal fl-2011. Iżda għadd iktar irnexxielhom jiksbu klassifikazzjoni “suffiċjenti” mis-sena ta' qabel.

Ittestjar tal-ilma fl-2012

Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm DeutschEnglishfrançais tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) eżamina kampjuni minn iktar minn 22,000 sit għall-għawm madwar l-Ewropa.

L-ilma ġie ttestjat għal tniġġis u batterji li jagħmlu ħsara, bħal E. coli – possibbilment mid-dranaġġ jew mill-iskart tal-bhejjem.

L-aħjar...u l-agħar prestazzjoni

Fl-2012 Ċipru u l-Lussemburgu kisbu l-aħjar riżultat, bis-siti għall-għawm kollha elenkati bħala “eċċellenti”. Malta, il-Kroazja u l-Greċja ġew warajhom, b’iktar minn 90% kklassifikati bħala “eċċellenti”.

Il-Belġju (13%), il-Pajjiżi l-Baxxi (7%) u r-Renju Unit (6%) kisbu l-agħar klassifikazzjoni hekk kif ħafna mis-siti tagħhom ma laħqux l-istandards minimi.

Fir-Renju Unit, 58.2% tas-629 sit għall-għawm kienu eċċellenti, 35.6% kienu ta’ kwalità tajba jew suffiċjenti, iżda 37 ma laħqux il-minimu meħtieġ.

Għalkemm il-kwalità tal-ilma tjiebet b’mod ġenerali, kemm il-Kummissjoni u kif ukoll l-EEA iridu li jsiru iktar sforzi biex jiżguraw li l-ilmijiet kollha tal-UE huma tajbin għall-għawm u x-xorb. Dan ifisser tnaqqis tat-tniġġis mid-dranaġġ, it-titjib tad-drenaġġ tal-ilma minn irziezet u art agrikola u kontroll aħjar tal-iskart tal-annimali li jaffettwa l-bajjiet.

Sejjer tgħum?

  • Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fejn toqgħod. English

    Iċċekkja l-kwalità tal-ilma qabel ma tmur tgħum

  • Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE) English

    Niżżel id-dejta u iċċekkja l-mapep interattivi

  • Spjegazzjoni tas-simboli dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm English

    Fittex dawn is-simboli fejn tmur tgħum

  • Eye on Earth English

    Irrapporta l-qagħda tal-ilma fl-inħawi tiegħek

Iktar dwar il-kwalità tal-ilma u tal-ambjent English

L-ivvjaġġar fl-Ewropa 2012-13

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli