Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Ġimgħa favur l-ambjent 2013 — tiffoka fuq arja iktar nadifa - 03/06/2013

Esperti Ewropej jippruvaw jirfinaw il-metodu tal-UE għall-ħarsien ambjentali waqt laqgħa annwali fi Brussell — 4-7 ta’ Ġunju.

Ir-regoli tal-UE għenu biex inaqqsu t-tniġġis tal-arja fl-Ewropa matul is-snin. Minkejja dan, in-nies li jgħixu f’xi wħud mill-aktar bliet u reġjuni b’popolazzjoni densa għadhom ibatu minn kwalità ħażina ħafna tal-arja. F’xi lokalitajiet, in-nies qed jieħdu nifs f'arja li taqbeż sew il-limiti tal-UE għall-partikuli, l-ożonu u d-dijossidu tan-nitroġenu.

Għad fadal x'nagħmlu. Kważi 4 minn kull 5 English Ewropej jaqblu li l-UE għandha tipproponi miżuri iktar b’saħħithom biex jindirizzaw it-tniġġis tal-arja.

Bi tweġiba, il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji l-proposti biex tindirizza n-nuqqasijiet fir-regoli attwali. Bħala parti minn din ir-reviżjoni English , il-Kummissjoni rċeviet input permezz ta' 2 konsultazzjonijiet pubbliċi onlajn — it-tieni English waħda spiċċat fl-4 ta’ Marzu 2013, u r-riżultati għandhom jiġu ppubblikati dalwaqt.

Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tiġbor input waqt il-forum tal-Ġimgħa favur l-Ambjent English ta’ din is-sena fi Brussell. Madwar 3,000 xjentist, mexxejja kummerċjali, konsulenti ambjentali u uffiċjali tal-gvern se jkunu disponibbli biex jiddiskutu modi kif tista’ titnaddaf l-arja fl-Ewropa. Kulħadd jista’ jirreġistra English biex jattendi l-forum, li tista' ssegwih ukoll f'xandira diretta fuq l-internet.

Se jibdew nhar it-Tlieta b’diskussjoni dwar l-istat attwali tal-kwalità tal-arja u l-impatt ta’ arja mniġġsa fuq in-nies — il-mewt bikrija minn mard respiratorju, mard kardjovaskulari u l-kanċer pereżempju.

Il-parteċipanti se jisimgħu dwar is-sejbiet ewlenin fir-reviżjoni li qed issir bħalissa dwar il-politika tal-arja tal-UE u xi għażliet politiċi ewlenin taħt konsiderazzjoni. Dawn l-għażliet huma f’konformità mal-programm ta’ azzjoni ambjentali sal-2020 English tal-Kummissjoni.

L-avveniment jissokta b'diskussjoni dwar il-modi ewlenin biex jiġu implimentati b’mod effettiv ir-regoli tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u biex jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Il-parteċipanti se jikkunsidraw l-iktar soluzzjonijiet, riżorsi u miri promettenti għat-titjib tal-kwalità tal-arja tal-UE b’mod sostenibbli.

Il-Kummissjoni beħsiebha tressaq pakkett ta’ proposti din il-ħarifa.

Hemm skedati wkoll madwar 50 avveniment English f'bosta pajjiżi.

Aktar dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-ambjent English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli