Mogħdija tan-navigazzjoni

Tibdil fil-klima: ippjanar għal diżastri - 18/04/2013

Ajruplan qed jitfa' l-ilma fuq nar ġo foresta © EU

L-istrateġija għandha tikkoordina r-risponsijiet tal-pajjiżi tal-UE għall-impatt tat-tisħin dinji fuq il-komunitajiet lokali.

L-UE hi impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra tagħha. Iżda l-iffissar ta’ miri English li jnaqqsu ż-żieda gradwali fit-temperaturi medji tad-dinja mhux biżżejjed.

Il-ħajja tan-nies, is-saħħa, l-għajxien u l-proprjetà personali diġà huma f’riskju minn din iż-żieda kostanti ta' avvenimenti estremi tat-temp. L-Ewropa Ċentrali u tan-Nofsinhar qed jesperjenzaw aktar mewġ ta’ sħana, nirien fil-foresti u perjodi ta’ nixfa. Aktar għargħar u erożjoni kostali huma mistennijin fit-tramuntana u fil-grigal tal-Ewropa.

Uħud mill-pajjiżi diġà qed jieħdu passi biex jiġu solvuti l-effetti tat-tisħin dinji. Iżda oħrajn, għal diversi raġunijiet, għadhom ma bdewx. Minħabba dan il-Kummissjoni qed tipproponi strateġija aktar koordinata tal-UE.

Din tagħmel sens. In-nuqqas ta’ tħejjija fi kwalunkwe pajjiż jew reġjun wieħed jista' jwassal għal problemi fi bnadi oħra. U r-riżultati ta’ temp estrem – bħal għargħar, erożjoni u nirien fil-foresti – ħafna drabi huma problemi komuni. L-istrateġija tal-UE English għandha tiffoka fuq:

  • għajnuna lill-pajjiżi u l-ibliet biex jiżviluppaw pjanijiet ħalli jadattaw għat-tibdil fil-klima – b’fondi u b'forom oħra ta’ appoġġ
  • miżuri xierqa li jiġu inklużi fi programmi tal-UE għal setturi ekonomiċi kritiċi, bħal pereżempju l-agrikultura u s-sajd, u għal proġetti reġjonali. Dan l-għan għandu jagħmel l-infrastruttura aktar reżiljenti u jħeġġeġ l-individwi, in-negozji u l-gvernijiet biex jieħdu assigurazzjoni kontra t-telf minn diżastri
  • inkoraġġiment għar-riċerka dwar l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima u espansjoni tan-netwerk ta’ informazzjoni onlajn tal-UE dwar l-adattament (Climate-Adapt English ).

Pjanijiet nazzjonali jippromwovu soluzzjonijiet lokali bi prezzijiet baxxi li jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. L-alternattiva hi li ma jsir xejn iżda dan jista' jiswa l-ekonomija tal-UE madwar €250 biljun fis-sena sal-2050.

Assigurazzjoni kontra d-diżastri

B’mod parallel, il-Kummissjoni qiegħda wkoll titlob opinjoni DeutschEnglishfrançais dwar jekk azzjoni tal-UE hix meħtieġa sabiex tiġi żgurata biżżejjed kopertura ta' assigurazzjoni li tagħmel tajjeb għat-telf minn diżastri marbutin mat-temp. L-istabbiltà finanzjarja ta' pajjiż tista' ssirilha ħsara jekk flus pubbliċi jkunu meħtieġa sabiex jgħinu komunitajiet mingħajr assigurazzjoni adegwata jirkupraw minn diżastru kbir.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tikkunsidra li tipproponi liġi tal-UE li tobbliga l-pajjiżi jagħmlu pjanijiet u li jimplimentawhom jekk l-istrateġija volontarja attwali ma tagħtix riżultati sal-2017.

Aktar dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli