Mogħdija tan-navigazzjoni

Għajnuna lix-xerrejja li għandhom għal qalbhom l-ambjent - 10/04/2013

Weraq fl-ilma © EU

Standards mal-UE kollha dwar informazzjoni ambjentali mogħtija fuq it-tikketti għandhom iżidu l-fiduċja fis-suq li qed jikber għall-prodotti li ma jagħmlux ħsara l-ambjent u jippermettu lix-xerrejja li jagħmlu għażliet informati.

Għadd li qed jikber ta' xerrejja jixtiequ jixtru prodotti li ma jagħmlux ħsara l-ambjent iżda qed isibuha diffiċli li jagħmlu għażliet informati.

Dan hu minħabba li l-pajjiżi tal-UE jużaw varjetà wiesgħa ta' metodi biex ikejlu l-kredenzjali għar-rispett tal-ambjent ta' prodotti u kumpaniji – li jagħmluha diffiċli li jsiru paraguni. Barra minn hekk, it-termini użati fuq it-tikketti ta' spiss mhumiex ċari u xi ftit jew wisq konfużi.

Ir-riżultat? Madwar 48% tal-Ewropej pdf - 6 MB [6 MB] English (en) jgħidu li ma jafdawx l-informazzjoni ambjentali mogħtija fuq it-tikketti mill-kumpaniji.

Biex tappoġġa lis-suq għall-prodotti li ma jagħmlux ħsara l-ambjent, il-Kummissjoni qed tipproponi standards komuni għall-UE kollha English. Standard minnhom iqis l-impatt ambjentali ta' prodotti speċifiċi English . Ieħor iqis il-prestazzjoni ambjetali ta' organizzazzjoni jew kumpanija English .

It-tnejn huma bbażati fuq metodi eżistenti, ittestjati. Il-Kummissjoni qed tappella lill-gvernijiet tal-UE, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet biex minn issa 'l quddiem jibdew jużaw standards volontarji.

Il-Kummissjoni qed tipprovdi wkoll gwida dwar it-tikketti, li tippermetti lin-nies jixtru b'fiduċja. L-informazzjoni ambjentali mogħtija fuq it-tikketti għandha tkun trasparenti (tinkludi informazzjoni dwar il-proċedura ta' valutazzjoni użata, is-sors, il-kriterji), rilevanti, ta' min joqgħod fuqha, sħiħa, komparabbli u ċara.

Standards komuni probabbilment iħeġġu aktar kumpaniji biex il-prodotti tagħhom ma jagħmlux ħsara l-ambjent, billi jitnaqqsu l-burokrazija u l-infiq biex jiġu osservati standards differenti fl-UE kollha. Il-kumpaniji se jkunu qed jibbenefikaw ukoll billi se jkunu jistgħu jikkompetu b'mod ġust billi jużaw l-istess standards.

Il-passi li jmiss

B'mod parallel, il-Kummissjoni qed tippjana biex tiżviluppa regoli speċifiċi għall-prodotti u s-setturi biex jiġi vvalutat l-impatt ambjentali. Dawn ir-regoli se jkunu żviluppati matul 3 snin flimkien mal-organizzazzjonijiet u l-kumpaniji.

Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi wkoll għall-isforzi dinjin biex jiġu żviluppati standards internazzjonali sabiex jitqies u jiġi komunikat l-impatt ambjentali.

"Prodotti li ma jagħmlux ħsara l-ambjent" huma dawk li jikkawżaw ftit li xejn ħsara ambjentali matul il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu, sakemm jiġu fit-tmiem tal-użu tagħhom (inkluż l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru) imqabblin ma' prodotti simili għall-istess kategorija.

Aktar dwar il-politika ambjentali English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli