Mogħdija tan-navigazzjoni

Protezzjoni aħjar għall-konsumaturi - 13/02/2013

Pakkett ta' proposti li għandhom isaħħu aktar il-liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti u jindirizzaw theddid ġdid u emerġenti.

Is-suq għall-prodotti tal-konsumaturi qed isir aktar u aktar sofistikat – in-nies qed jixtru prodotti aktar kumplessi, manifatturati f'firxa akbar ta' pajjiżi.

Bħala tweġiba, l-UE jeħtiġilha li taġġorna l-istrateġija tagħha biex tipproteġi lix-xerrejja minn prodotti mhux sikuri. Il-proposti tal-Kummissjoni għandhom isaħħu l-protezzjoni tal-konsumaturi billi:

  • iħaffu t-tneħħija ta' prodotti perikolużi mis-suq tal-UE
  • jallinjaw ir-regoli dwar is-sikurezza tal-konsumaturi u tal-proċeduri għas-sorveljanza tas-suq għall-biċċa l-kbira tal-prodotti billi jitneħħew bosta mid-distinzjonijiet magħmulin mir-regoli korrenti
  • jikkjarifikaw ir-responsabbiltajiet tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri – li se jkollhom jagħtu aktar informazzjoni dwar fejn il-prodotti kienu manifatturati
  • itejbu l-abbiltà tar-regolaturi biex jittraċċaw il-prodotti tal-konsumaturi tul il-katina tal-provvista – dan iwassal għal rispons aktar effettiv għall-problemi tas-sikurezza u għall-ġbir aktar malajr
  • jirrinforzaw il-kontrolli biex b'hekk ir-regolaturi jkunu jistgħu b'mod aktar faċli jillimitaw il-bejgħ ta' prodotti potenzjalment perikolużi jew jipprojbixxuhom għalkollox
  • joħolqu strateġija aktar kollaborattiva qalb ir-regolaturi tal-UE – biex jagħmluha eħfef għalihom li jaqsmu l-informazzjoni
  • jipperfezzjonaw il-proċeduri li jinnotifikaw pajjiżi oħrajn dwar prodotti perikolużi permezz tan-netwerks tat-twissija mal-Ewropa kollha (Rapex English u ICSMS).

Il-konsumaturi se jigwadanjaw minn livell ogħla ta' protezzjoni b'sett konsistenti ta' regoli mal-UE kollha – li jippermettulhom jixtru b'fiduċja akbar f'kull pajjiż tal-UE.

Il-kumpaniji se jibbenefikaw ukoll minn regoli aktar ċari u aktar konsistenti mal-UE kollha. Għandu jkun eħfef li jkun hemm konformità, tnaqqis tal-ispejjeż, b'mod speċjali għan-negozji ż-żgħar.

Verifiki u regoli aħjar għas-sikurezza tal-prodotti għandhom jgħinu sabiex tiġi eliminata l-kompetizzjoni inġusta minn provvedituri diżonesti jew imbroljuni.

Il-passi li jmiss

Bħala parti mill-pakkett, il-Kummissjoni bdiet taħdem biex tittejjeb is-sorveljanza tas-suq. Nuqqasijiet fil-mod li bih il-prodotti huma monitorjati se jitneħħew matul it-tliet snin li ġejjin.

Ir-regolaturi nazzjonali se jingħataw għajnuna billi jinġabru flimkien ir-riżorsi, sabiex jiġi eliminat xogħol doppju u għandhom isiru aktar effiċjenti fil-monitoraġġ tas-suq.

Il-proposti issa se jmorru quddiem il-Parlament Ewropew u l-mexxejja tal-UE biex jiġu kkunsidrati, bl-implimentazzjoni ppjanata għall-2015.

Aktar tagħrif dwar is-sikurezza tal-konsumaturi English

Konsumaturi u l-UE English

Ingħata għajnuna min-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumaturi češtinadanskDeutschEnglishfrançaisitalianoNederlandspolskiRomânasvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli