Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kroazja, Ċipru, Malta u l-Greċja bl-aħjar ilma għall-għawm - 30/07/2012

Bajja fil-Ġreċja © UE

L-ilma tal-għawm tal-baħar, xmajjar u lagi huwa nadif biżżejjed għall-għawm – u l-kwalità qed titjieb.

Il-fatti - meħudin mir-rapport annwali dwar l-ilma fil-postijiet tal-għawm DeutschEnglishfrançais tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – huma bbażati fuq kampjuni meħudin b'mod regolari minn aktar minn 22,000 post mal-kosta u l-ġewwa minnha fejn isir l-għawm fl-Ewropa kollha.

L-għadd ta’ siti li nstab li għandhom ilma ta' kwalità "eċċellenti” żdied bi 3.5% mis-sena l-oħra, filwaqt li dawk li għandhom kwalità tal-ilma "suffiċjenti" żdied b’1%. Inqas minn 2% ma kinux jissodisfaw l-istandards minimi tal-UE.

Iċċekkja l-kwalità tal-ilma qabel tgħum

  • Sib informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fil-postijiet għall-għawm fejn toqgħod English .
  • Iddawnlowdja d-dejta u iċċekkja l-mapep interattivi bis-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE) English .
  • Irrapporta l-istat tal-ilma fl-inħawi tiegħek bl-użu tal-websajt Eye on Earth English .
  • Fittex dawn is-simboli dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm English fejn tmur tgħum.

Ittestjar tal-ilma fl-2011

L-għawm fuq ix-xtut tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi madwar l-Ewropa huma ttestjati regolarment għal tniġġiż li jagħmel il-ħsara u batterji, bħal E. coli, li jistgħu jindikaw il-preżenza ta' dranaġġ jew skart tal-bhejjem.

Filwaqt li b'mod ġenerali iktar postijiet issodisfaw l-istandards minimi tal-UE meta mqabbla mal-2010, għadd ta' pajjiżi rreġistraw riżultati eċċezzjonali.

L-aħjar... u l-agħar

Fl-2011 l-aqwa kienu l-Kroazja, Ċipru, Malta u l-Greċja, fejn aktar minn 90% tas-siti għall-għawm instabu li huma “eċċellenti”. Il-bqija taż-żoni għall-għawm żammew mal-istandards mandatorji.

L-agħar kienu l-Olanda, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Lussemburgu u l-Belġju, fejn numru relattivament baxx ta' siti ssodisfaw l-istandards minimi tal-UE.

Din is-sena Malta kompliet ittejjeb ir-rekord tagħha billi mhux biss il-bajjiet kollha leħqu l-istandards neċessarji, iżda kważi kollha rriżultaw li għandhom livell eċċellenti.

Il-kwalità globali tal-ilma tal-għawm fl-UE tjiebet kontinwament mill-1990. L-għadd ta' żoni tal-baħar li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tal-UE naqas minn 9.2% fl-1990 għal 1.5% fl-2011. Iż-żoni interni li ma jikkonformawx naqsu minn 11.9% fl-1990 għal 2.4% fl-2011, fost l-aktar ċifri baxxi s'issa.

Aktar dwar il-kwalità tal-ilma u tal-ambjent English

L-ivvjaġġar fl-Ewropa fl-2012-13

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli