Mogħdija tan-navigazzjoni

It-titjib tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar l-ambjent - 13/03/2012

Weraq fil-wiċċ tal-ilma f'ċirku li jfakkrek fl-istilel fuq il-bandiera tal-UE © EU

Il-Kummissjoni tħares lejn modi kif tgħin lill-pajjiżi jilħqu l-benefiċċji għas-saħħa u għall-ekonomija permezz tal-applikazzjoni tal-liġijiet dwar l-ambjent.

Jekk il-gvernijiet ma jirnexxilhomx japplikaw bis-sħiħ il-liġijiet tal-UE dwar l-ambjent ikunu qed jinħlew madwar €50 biljun fis-sena, l-iktar minħabba l-ispejjeż għas-saħħa tagħna u għat-tindif tal-ambjent.

Jekk jiġi żgurat li l-liġijiet tal-UE jiġu applikati b'mod konsistenti, ikollna ambjent iktar nadif u sostenibbli – u jkun aħjar għas-saħħa u l-ekonomija tagħna. Pereżempju, jekk jiġu applikati b'mod strett il-liġijiet tal-UE dwar l-iskart, jinħolqu 400,000 impjieg ġdid u jkunu ffrankati €72 biljun (meta mqabbel ma' xenarju fejn il-liġijiet ma jiġux applikati).

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni talbet lill-gvernijiet nazzjonali u lill-Parlament Ewropew biex jagħtu l-opinjoni tagħhom jwar kif l-aħjar jitwasslu l-benefiċċji tal-miżuri tal-UE għall-ambjent English . It-tweġibiet tagħhom se jwasslu għal proposti speċifiċi, mistennija iktar tard din is-sena.

Il-proposti għandhom jindirizzaw il-bżonn li tinġabar iktar informazzjoni dwar kif jaħdmu l-liġijiet tal-UE fil-prattika u l-ħeffa li biha l-gvernijiet iwieġbu għall-problemi ambjentali. X'aktarx li se jkunu jinkludu:

  • iktar informazzjoni onlajn dwar l-ambjent – speċjalment kif jiġu applikati l-liġijiet fil-pajjiżi
  • iktar spezzjonijiet u monitoraġġ biex jiżguraw li l-liġijiet jiġu applikati kif suppost
  • inqas xkiel biex jiġu sottomessi ilmenti dwar problemi ambjentali lill-awtoritajiet nazzjonali
  • żvilupp ta' strateġija komuni għall-isfidi ambjentali fil-qrati nazzjonali – biex igawdu n-nies, l-awtoritajiet u n-negozji
  • għajnuna lill-gvernijiet tal-UE biex jiffukaw fuq ir-riżorsi tagħhom ħalli jindirizzaw il-problemi ambjentali tagħhom.

Fi stħarriġ reċenti dwar kif jaħsbuha ċ-ċittadini Ewropej lejn l-ambjent English , 3 minn 4 fost dawk li wieġbu qalu li l-qagħda tal-ambjent tħalli impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Forum Dinji dwar l-Ilma

Il-Kummissjoni qed tippreżenta l-opinjonijiet tagħha dwar il-kwistjonijiet relatati mal-ilma din il-ġimgħa fil-Forum Dinji dwar l-Ilma Englishfrançais f'Marseille, Franza. Il-Forum, li jsir kull 3 snin, jgħin lill-pajjiżi jikkoordinaw l-aċċess għall-ilma nadif u jipproteġu r-riżorsi tal-ilma.

Mill-2004, l-appoġġ tal-UE għen lil 32 miljun persuna jiksbu aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb u pprovda lil 9.5 miljun b'faċilitajiet ta' tojlits.

Il-liġijiet tal-UE dwar il-ħarsien tal-ambjent – taqsira

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli