Mogħdija tan-navigazzjoni

Sikurezza l-ewwel u qabel kollox għall-ġugarelli tat-tfal - 21/12/2011

Hekk kif it-tfal jiftħu mit-tgeżwir tal-karti t-teddy bear, it-triċikletta jew ix-xabla tad-dawl li tant ilhom jixtiquhom dan il-Milied, il-ġenituri jistgħu jserrħu moħħhom li l-ġugarelli mixtrijin fl-UE huma l-aktar sikuri fid-dinja.

Kull ġugarell mibjugħ fl-UE jsirlu għadd ta' verifiki biex ikun żgurat li mhux ta' periklu għat-tfal meta jilagħbu bih.

Qabel ma ġugarell ġdid jitqiegħed fis-suq, il-manifatturi għandhom jidentifikaw il-perikoli potenzjali permezz ta' valutazzjoni ta' sikurezza. Huma għandhom ukoll jiżguraw li kull ġugarell ikun jista' jiġi ttraċċat lura sal-fabbrika fejn ikun inħadem.

Filwaqt li l-Ewropa għandha 25% mis-sehem dinji tas-suq tal-ġugarelli, mhux il-ġugarelli kollha mixtrijin fl-UE jinħadmu fiha. Fl-2010, l-importazzjonijiet ta' ġugarelli tradizzjonali mill-pajjiżi li mhumiex fl-UE ammontaw għal €6.98 biljun. Hu importanti li jiġi żgurat li dawn il-ġugarelli jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza li nistennew li jkun hawn fl-Ewropa – dan isir permezz ta' kontrolli mal-fruntieri tal-UE u fil-bini tad-distributuri.

Liġijiet ġodda u aktar stretti tal-UE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli English (en) daħlu fis-seħħ f'Lulju. Jeżistu regoli ġodda dwar il-biċċiet iż-żgħar li jistgħu jinbelgħu jew jinġibdu man-nifs, u dwar l-ippakkjar tal-ġugarelli flimkien mal-ikel.

Iżda l-liġi ma tistax tagħmel aktar minn hekk biex it-tfal ma jkollhomx periklu. Anki ġugarell imfassal għal tifel ta' 10 snin li għadda mit-testijiet kollha jista' jkun ta' periklu f'idejn tarbija li għadha kif titlaq timxi. Għalhekk l-UE qed tagħmel kampanja ta' għarfien fost ix-xerrejja dwar dak li għandhom ifittxu meta jkunu qed jixtru l-ġugarelli għat-tfal.

Il-filmat "Niżguraw is-sikurezza ta' wliedna" intwera madwar l-Ewropa kollha, filwaqt li kard li telenka l-pariri għas-sikurezza tal-ġugarelli pdf - 984 KB [984 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tqassmet fil-ħwienet tal-ġugarelli. Il-pariri jinkludu wkoll ix-xiri biss ta' ġugarelli li għandhom fuqhom il-marka CE – il-prova ta' konformità mar-regoli tas-sikurezza tal-UE, il-qari tal-istruzzjonijiet kollha u li x-xiri tal-ġugarelli dejjem isir minn ħwienet ta' fiduċja.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli