Mogħdija tan-navigazzjoni

Ngħinu lill-konsumaturi jixtru bil-fiduċja - 05/12/2011

Ftehim quddiem kotba tal-liġi © istockphoto.com/John Keith

Miżuri ġodda għandhom jgħinu lill-konsumaturi jsibuha aktar faċli u inqas għalja biex isolvu t-tilwim mal-bejjiegħa meta jixtru oġġetti u servizzi fl-UE.

Fl-2010 wieħed minn kull ħames konsumaturi Ewropej esperjenzaw problemi fix-xiri ta' oġġetti u servizzi fis-suq uniku. Huwa maħsub li l-ispiża tat-tilwim mhux solvut kienet ta' 0,4% tal-PGD tal-UE.

Issa l-UE trid tiżgura li l-għażla ta' soluzzjoni barra l-qorti jkun jista' jagħmilha kulħadd, ikun xi jkun dak li xtraw, minn fejn xtraw u kif - minn fuq l-internet jew mill-ħanut.

Sistema aktar effettiva u trasparenti għandha tqawwi l-fiduċja tal-konsumaturi u tħeġġiġhom ifittxu b'mod aktar attiv għall-aħjar offerti madwar l-UE, biex b'hekk il-kompetizzjoni u l-iżvilupp ekonomiku jimxu 'l quddiem.

Soluzzjoni għat-tilwim kuntrattwali

Skont il-proposti English, il-konsumaturi kollha jkollhom rikors għal Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR- Alternative Dispute Resolution) - fejn parti newtrali terza tista' tipproponi soluzzjoni jew tagħmilha ta' medjatur bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ. Huwa maħsub li aċċess universali għal ADR għandu jiffranka lill-konsumaturi €22.5 biljun fis-sena.

L-arbitri jkollhom jilħqu ċerti kriterji u jsolvu t-tilwim fi żmien 90 jum. In-negozji jinfurmaw lill-klijenti dwar liema arbitri jkunu jistgħu jaħdmu bit-tilwim kuntrattwali jekk ikun hemm bżonn.

Soluzzjoni għat-tilwim onlajn

It-tieni għażla għall-konsumaturi hija Soluzzjoni Onlajn tat-Tilwim (ODR - Online Dispute Resolution), proċess li jixbah l-ADR imma li jsir kompletament b'mod elettroniku. Il-pjan hu li tinħoloq pjattaforma unika onlajn li sservi l-UE kollha għall-konsumaturi u l-bejjiegħa biex isolvu t-tilwim li jirrigwardja tranżazzjonijiet onlajn minn pajjiż għal ieħor.

L-ilmenti tal-konsumaturi jintbagħtu awtomatikament permezz ta' pjattaforma onlajn lill-arbitri nazzjonali kompetenti, li jridu jgħinuhom isibu soluzzjoni fi żmien 30 jum.

Il-passi li jmiss

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE ntrabtu li jadottaw il-proposti sa tmiem l-2012. Wara l-adozzjoni, il-gvernijiet tal-UE jkollhom 18-il xahar biex jimplimentaw id-direttiva dwar l-ADR. Dan ifisser li ADR tajba barra mill-qorti għandha tinstab madwar l-UE fit-tieni nofs tal-2014.

Il-pjattaforma tal-UE għas-soluzzjoni tat-tilwim tkun titħaddem bis-sħiħ sitt xhur wara dik l-iskadenza, fil-bidu tal-2015.

Aktar informazzjoni dwar soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli