Mogħdija tan-navigazzjoni

Użu intelliġenti tar-riżorsi - nagħmlu iktar b'inqas - 17/10/2011

Il-ġid tal-futur tagħna jiddependi fuq kemm nużaw ir-riżorsi li għandna issa bil-għaqal. Hawnhekk se ssib xi pariri kif tista' tagħmel dan.

Il-mod kif qed nikkonsmaw bħalissa għandu prezz: iktar ma r-riżorsi jsiru skarsi, iktar qed nirriskjaw li jkollna problemi fil-futur.

Qed nużaw ir-riżosi limitati tad-dinja iktar malajr milli jistgħu jerġgħu jiġu riġenerati. Il-fornimenti tal-minerali, il-metalli u l-enerġija jinsabu mhedda, bħall-istokkijiet tal-ħut, l-injam, l-għelieqi għammiela u riżorsi naturali oħrajn.

L-użu għaqli tar-riżorsi jfisser użu sostenibbli tar-riżorsi - nagħmlu iktar b'inqas u nnaqqsu l-impatt fuq l-ambjent. Jekk nagħmlu l-għażliet it-tajbin billi nibdlu l-mod kif nikkonsmaw ikunu nistgħu niżguraw kwalità tal-ħajja aħjar, illum u għall-ġenerazzjonijiet futuri. M'aħniex qed ngħidu li għandna nikkonsmaw inqas - jeħtieġ nikkonsmaw mod ieħor.

X'nistgħu nagħmlu u kif?

Madwar 80% tal-impatt ambjentali jiġi mid-djar, it-trasport u l-ikel. Għalhekk, jeħtieġ naġixxu fuq dawn l-aspetti fil-ħajja tagħna ta' kuljum.

Jeħtieġ inbiddlu l-mod kif nikkonsmaw. Għandna nużaw ir-riżorsi b'mod iktar ekonomiku, nerġgħu nużaw jew nirriċiklaw kemm nistgħu, nagħtu valur lill-affarijiet li m'għandhomx prezz, u nużaw affarijiet oħrajn li jistgħu jniġġsu inqas.

Dan ifisser li għandna naħsbu fir-rutina ta' kuljum u nbiddluha xi ftit, nistaqsu iktar mistoqsijiet dwar minn fejn jiġu l-prodotti u kif ġew manifatturati, nevitaw il-ħela, nagħmlu għażliet iktar sostenibbli, naqraw it-tabelli iktar bir-reqqa, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw dak li nistgħu, u nagħtu spazju lin-natura.

Nistgħu nibdew b'affarijiet ta' kuljum

Jekk nieklu inqas laħam u prodotti tal-ħalib, inkunu nistgħu ngħinu iktar lill-bijodiversità, u nitfgħu inqas pressjoni fuq l-art. Ipprova naqqas il-ħela billi tippjana x-xirja aħjar u tuża l-ikel li jifdallek.

Tista' tiffranka l-enerġija fid-dar billi telimina l-kurrent u taġġusta t-termostat. U jekk ikollok bżonn tbiddel il-mowbajl, ara li tarmih kif support peress li dan fih metalli prezzjużi li jistgħu jiġu riċiklati.

Hi sfida, iżda f'dan il-punt għad għandna għażla. Allura x'tippreferi: li tiffaċċja l-problema meta jista' jkun tard wisq jew li tibda tgħix b'mod li tuża r-riżorsi b'mod għaqli llum?

Aktar pariri dwar kif tuża r-riżorsi bil-għaqal

X'qed tagħmel l-UE dwar l-effiċjenza tar-riżorsi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli