Mogħdija tan-navigazzjoni

Kuntratt Ewropew standard tal-bejgħ biex iħaffef ix-xiri minn pajjiżi oħra - 14/10/2011

Id toħroġ minn ġo skrin ta' laptop biex tieħu b'id oħra © iStock/Brian Jackson

Sett komuni ta' regoli fakultattivi tal-bejgħ għandhom iħaffu l-kummerċ bejn il-pajjiżi u jnaqqas l-ispejjeż tal-kumpaniji filwaqt li joffri lill-konsumaturi aktar għażla u protezzjoni.

Tul dawn l-aħħar 20 sena, is-suq integrat tal-Ewropa wassal bosta benefiċċji, minn biljetti tal-ajru orħos sa tariffi aktar baxxi fit-telefonija mobbli meta wieħed ikun imsiefer. Madankollu, xorta għad fadal xkiel f'dak li huwa kummerċ bejn il-pajjiżi - bħal, ngħidu aħna, id-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali tal-bejgħ madwar l-UE.

Il-kummerċjanti li jaqtgħu qalbhom minħabba l-proċess għali u kkumplikat biex isolvu dawn id-differenzi jitilfu tal-inqas €26bn f'bejgħ kull sena.

Il-Kuntratt Ewropew tal-bejgħ propost DeutschEnglishfrançais ineħħi dan l-ostaklu biex iħaffef il-kummerċ bejn pajjiż u ieħor u jagħti lill-konsumaturi aktar għażla u preżżijiet aktar baxxi u l-istess livell għoli ta' ħarsien għal drittijiethom madwar il-pajjiżi kollha tal-UE.

Il-konsumaturi li jirċievu prodott difettuż, pereżempju, ikollhom għadd ta' rimedji. Ikunu jistgħu jtemmu l-kuntratt u jieħdu flushom lura, jew jagħżlu bejn jibdlu l-prodott, tiswija jew li jieħdu skont.

Dawn ir-rimedji jkunu jeżistu wkoll għall-konsumaturi li jkunu niżżlu (u ħallsu għal) mużika, films, softwer u prodotti diġitali oħrajn minn fuq l-internet.

Bħalissa, 44% tal-Ewropej English qalu li ma jixtrux minn barra pajjiżhom għax mhumiex ċerti dwar drittijiethom.

Inħeġġu l-kummerċ

Ir-regoli l-ġodda ma jieħdux post il-liġijiet nazzjonali - għalkemm il-pajjiżi jistgħu jagħżlu li jużawhom b'mod nazzjonali. Dawn ir-regoli sempliċiment jippermettu lill-kummerċjanti joffru kuntratt fakultattiv ta' bejgħ meta jbigħu f'pajjiżi oħra tal-UE. Il-kuntratt japplika biss jekk il-bejjiegħ joffrih u l-klijent jaċċetta.

Il-bejjiegħa li joffru l-kuntratt komuni tal-bejgħ ma jkollhomx għalfejn jgħaddu minn ħafna sistemi nazzjonali. B'hekk jonqsulhom l-ispejjeż.

Bħalissa, il-kumpaniji li jridu jbigħu f'pajjiżi oħra tal-UE jkollhom jadattaw għal massimu ta' 26 liġi ta' kuntratt nazzjonali differenti, jittraduċuhom u jqabbdu l-avukati. Dan iqum madwar €10,000 għal kull suq. Biex jadattaw s-siti web tagħhom jispiċċaw jonfqu xi €3,000 oħra.

Stħarriġ Englishfrançais juri li 71% mill-kumpaniji Ewropej jgħidu li - kieku jkun jeżisti - jużaw il-kuntratt uniku Ewropew għall-bejgħ kollu li jsir lill-klijenti f'pajjiżi oħra tal-UE.

Il-passi li jmiss

Il-proposta issa teħtieġ l-approvazzjoni tal-pajjiżi tal-UE u tal-Parlament Ewropew, li diġa wera l-appoġġ tiegħu f'votazzjoni ftit xhur ilu.

Aktar tagħrif dwar il-liġi tal-kuntratti

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli