Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċipru u l-Kroazja jinsabu fil-quċċata tal-klassifikazzjoni għall-kwalità tal-ilma fil-postijiet tal-għawm - 28/07/2011

Bajja f'Ċipru © EU

L-ilma kważi kullimkien fil-postijiet tal-għawm mal-kosta u l-ġewwa minnha hu nadif biżżejjed biex wieħed jitlaħlaħ u jgħum fih, minkejja li tbaxxiet xi ftit il-kwalità.

Se terħilha lejn il-bajja das-sajf?

Kun af u serraħ moħħok li 92% tal-bajjiet u 90% tax-xmajjar u tal-lagi jissodisfaw l-istandards minimi tal-UE għall-indafa.

Il-fatti - meħudin mir-rapport annwali dwar l-ilma fil-postijiet tal-għawm English tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent - huma bbażati fuq kampjuni meħudin b'mod regolari minn aktar minn 21,000 post mal-kosta u l-ġewwa minnha fejn isir l-għawm fl-Ewropa kollha.

Tixtieq tiċċekkja l-kwalità tal-ilma fil-post għall-għawm favorit tiegħek?

  • Iddawnlowdja d-dejta u iċċekkja l-mapep interattivi bis-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE) ελληνικά .
  • Irrapporta dwar l-istat tal-ilma lokali billi tuża ll-websajt Eye on Earth français .
  • Agħti daqqa t'għajn lejn is-simboli English l-ġodda għal klassifikazzjoni tal-ilma tal-postijiet għall-għawm.

Ittestjar tal-ilma fl-2010

Aktar minn 21,000 post għall-għawm mal-kosta jew il-ġewwa minnha mal-Ewropa kollha kienu ttestjati regolarment għal tniġġis u batterji ta' ħsara, bħal E.coli.

Filwaqt li b'mod ġenerali anqas postijiet issodisfaw l-istandards minimi tal-UE meta mqabbla mal-2009, għadd ta' pajjiżi rreġistraw riżultati eċċezzjonali.

L-aħjar prestiġju

Dawk bl-aħjar prestiġju fl-2010 kienu Ċipru, b'100% tal-postijiet meqjusin eċċellenti, segwit mill-Kroazja (97.3%) u Malta (95.4%).

Fir-Renju Unit, 81.7% tal-postijiet kienu eċċellenti, 96.9% kienu tajbin, filwaqt li 16-il post għall-għawm ma rnexxilhomx jilħqu l-grad.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent talbet lill-pajjiżi tal-UE biex jagħmlu ħilithom kollha biex itejbu l-kwalità tal-ilma fl-Ewropa kollha.

Sib informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fil-postijiet għall-għawm fejn toqgħod. English

Aktar dwar il-kwalità tal-ilma u tal-ambjent English

L-ivvjaġġar fl-Ewropa fl-2011-12

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli