Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġimgħa favur l-ambjent 2011 - nakkwistaw aktar b'anqas użu - 23/05/2011

Powster bil-link għall-ġimgħa favur l-ambjent, 24-27 ta' Mejju 2011: http://ec.europa.eu/greenweek © EU

L-esperti Ewropej qed jgħaddu informazzjoni lid-dibattitu dwar l-istrateġija tal-UE biex ikun protett, ippreservat u mtejjeb l-ambjent.

Niddependu fuq ir-riżorsi bħall-metalli, il-minerali, il-fjuwils, l-ilma, l-injam, il-ħamrija fertili u l-arja nadifa biex nibqgħu ħajjin - u fuq ekonomija moderna f'saħħitha.

Billi dawn ir-riżorsi huma limitati, jinħtiġilna nużawhom b'aktar sostenibilità. It-twettiq ta' Ewropa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi English hi prijorità għall-UE, parti mill-istrateġija Ewropa 2020, għat-tkabbir sostenibbi u l-impiegi.

Madwar 3,500 xjentist, mexxejja kummerċjali, konsulenti ambjentali u uffiċjali governattivi qed jiltaqgħu fi Brussell din il-ġimgħa biex jiskambjaw l-opinjonijiet tagħhom dwar kif l-aħjar jintlaħaq dan il-għan.

Opportunitajiet

Il-forum tal-Ġimgħa Favur l-Ambjent English ta' din is-sena mhux biss dwar kif ikunu stabbiliti l-limitazzjonijiet tal-konsum. It-twettiq ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi jippreżenta firxa wiesgħa ta' opportunitajiet għal tkabbir u impjiegi, aħna u navviċinaw lejn anqas ħela, ambjent aktar nadif, u aħjar, b'għażliet aktar sostenibbli għall-konsumaturi.

Il-Kummisjoni diġà stabbilixxiet proposti DeutschEnglishfrançais dwar l-użu intelliġenti tar-riżorsi naturali, li jipproteġu l-ambjent u li jinkuraġġixxu t-tkabbir ekonomiku. L-istrateġija - li jinħtiġilha tkun diskussa matul il-Ġimgħa Favur l-Ambjent - għandha l-għan li tgħin ħalli jissaħħu l-effiċjenza, il-produttività u l-kompetittività.

Ekonomija kompetittiva

Il-kumpaniji li jagħmlu użu effiċjenti mill-materja prima, l-ilma u riżorsi oħrajn ta' manifattura għall-prodotti tagħhom jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż, u jkunu aktar kompetittivi.

X'industriji diġà qed jinnovaw u jigwadanjaw. Pereżempju, il-manifatturi tas-siment bdew jużaw fjuwils, materja prima u skart alternattivi biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju, l-ispejjeż tal-enerġija u l-ħela.

Użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali tad-Dinja jikkontribwixxi għall-għanijiet komuni tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, l-enerġija, it-trasport, il-materja prima, il-biedja, is-sajd, il-bijodiversità u l-iżvilupp reġjonali.

Id-diskussjonijiet ta' din il-ġimgħa se jkopru temi bħall-kimika li tagħmel anqas ħsara lill-ambjent, il-kapaċitajiet li jiffavorixxu l-ambjent, l-impjiegi u l-innovazzjoni, il-finanzjament tal-innovazzjoni ekoloġika u l-bdil tal-iskart f'riżorsi.

Inkuraġġiment għall-innovazzjoni

Fl-aħħar nett, il-forum se jqiegħed għall-wiri proġetti dwar in-natura b'impatt pożittiv fuq l-ambjent - kofinanzjati permezz tal-programm LIFE English tal-UE.

Il-proġett Stream, pereżempju, wera firxa ta' tekniki innovattivi għar-restawrazzjoni matul ix-xmara Avon (Dorset/Somerset) tar-Renju Unit.

Madwar 30 avveniment huma wkoll skedati biex iseħħu barra Brussell, li jinkludu dawk fis-Slovenja u l-Polonja.

Aktar dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-ambjent English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli