Mogħdija tan-navigazzjoni

Rapex: tipproteġi l-konsumaturi - 16/05/2011

Ferrovija ġugarell © istock/mammamaart

Inqas prodotti perikulużi jaslu għand il-konsumaturi bis-saħħa tan-netwerk ta' allert rapidu tal-UE Rapex.

Rekord ta' 2 244 prodotti mhux sikuri kienu pprojbiti, irtirati mis-suq jew imsejħa lura mill-konsumaturi Ewropej fl-2010 - 13% iktar mis-sena ta' qabel.

Iktar minn 32% tal-prodotti pprojbiti kienu ħwejjeġ u tessuti, 25% ġugarelli, 9% karozzi, 8% apparat tal-elettriku u 4% oġġetti għall-kura tat-tfal u tagħmir għat-tfal.

Ir-rapport annwali tal-2010 DeutschEnglishfrançais jgħid li ż-żieda fl-għadd ta' oġġetti pprojbiti turi l-effikaċja li dejjem tiżdied tan-netwerk ta' allert rapidu tal-UE għall-prodotti perikulużi li mhumiex ikel. In-netwerk, immexxija mill-Kummissjoni, tiċċirkola informazzjoni dwar prodotti perikulużi fost ir-regolaturi nazzjonali.

Iktar kooperazzjoni

L-għadd ta' prodotti ta' ħwejjeġ u tessuti perikulużi żdied mill-2009, parzjalment minħabba l-kooperazzjoni bejn disa' pajjiżi dwar verifiki ta' sikurezza ta' ħbula u lazzijiet fil-ħwejjeġ tat-tfal.

Ħdax-il pajjiż ikkooperaw ukoll fuq kontrolli għal għarrieda fuq elmi DeutschEnglishfrançais li jintużaw minn skijers alpini, snowboarders, ċiklisti, skateboarders, roller skaters, dawk li jirkbu ż-żwiemel u tfal.

Sabu li 63% tat-367 elmi li ċċekkjaw ma kellhomx it-tikettar, it-twissijiet u l-istruzzjonijiet xierqa. Mill-40 elmu li ntgħażlu għal iktar testijiet, 18 ma leħqux l-istandards ta' sikurezza minima.

Sorveljanza aħjar

Linji gwida ġodda u metodu ta' valutazzjoni tar-riskju rivedut għenu wkoll lir-regolaturi jindunaw b'iktar prodotti perikulużi. Rapex ġie estiż biex ikopri prodotti għall-professjonisti u b'firxa usa' ta' riskji - l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u s-sikurezza pubblika.

Sikurezza mill-bidu nett

'Is-sikurezza f'ras il-għajn' saret punt prinċipali fil-liġi dwar is-sikurezza tal-prodotti tal-UE. Il-kumpaniji għandhom jidentifikaw ir-riskji ta' sikurezza mill-bidu, jiċċekkjaw il-prodotti qabel jitilqu mill-fabbrika u jirrappurtaw kull problema. L-użu ta' sistema ta' allert rapidu għan-negozju apposta żdied 200% is-sena l-oħra.

Din l-enfasi fuq is-sikurezza tfisser ukoll ħidma iktar mill-qrib ma' imsieħba kummerċjali internazzjonali, b'mod partikolari maċ-Ċina, is-sors ta' 58% tal-allerti ta' Rapex.

Iktar titjib

Il-Kummissjoni qed tikkunsidra aġġornamenti possibbli għal-liġi dwar is-sikurezza tal-prodotti tal-UE, wara konsultazzjoni pubblika fl-2010.

Il-pajjiżi kollha tal-UE flimkien mal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jipparteċipaw f'Rapex. Prodotti oħra, bħall-ikel u l-għalf, il-prodotti farmaċewtiċi u tagħmir mediku, huma koperti minn sistemi oħra speċifiċi ta' allert, simili għal Rapex.

Iktar dwar is-sikurezza tal-konsumatur English

Is-sit web ta' Rapex English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli