Mogħdija tan-navigazzjoni

It-trasformazzjoni tal-kura tas-saħħa permezz tat-teknoloġija - 11/05/2011

Id ta' tabib iżżomm stetoskopju ħierġa minn ġo skrin ta' laptop © istock/Brian Jackson

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jgħinu lill-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-UE joffru servizzi aħjar u iktar effiċjenti lill-pazjenti - filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż.

Il-popolazzjoni li qed tixjieħ, it-tnaqqis fil-baġit, iż-żieda fl-ispejjeż u n-nuqqas ta' persunal huma wħud fost l-isfidi ewlenin li qed jiffaċċaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa fl-UE.

Biex tgħin, il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-UE jinvestu iktar fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet (ICT).

L-Internet, in-netwerks siguri għat-trażmissjoni tad-dejta, l-apparat bla wajer u s-servizzi ta' informazzjoni onlajn diġà qed jgħinu lit-tobba, l-infermiera u l-isptarijiet jagħtu servizzi aħjar u iktar effiċjenti lill-pazjenti - filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż.

Vantaġġi kbar

Wħud mill-iktar applikazzjonijiet tal-ICT li rnexxew dil-ġimgħa jinsabu esibiti f'Budapest, l-Ungerija, bħala parti mil-Ġimgħa dwar is-Saħħa-e 2011 English .

Ngħidu aħna, in-netwerk għat-trażmissjoni tad-dejta dwar is-saħħa tad-Danimarka jipprovdi komunikazzjoni rapida u effiċjenti bejn il-pazjenti, it-tobba u l-ħaddiema tal-kura soċjali. Grazzi għas-servizzi simplifikati diġà ġew iffrankati €1.4bn.

Fir-Renju Unit, servizz onlajn u bit-telefown għen biex l-appuntamenti mhux neċessarji mat-tobba naqsu bi 2.4 miljuni u biex il-vjaġġi tal-ambulanzi u ż-żjajjar fl-emerġenza naqsu b'1.2 miljuni fl-2008.

Fir-reġjun tal-Lombardija fl-Italja, permezz tat-telekardjoloġija - li tippermetti lill-kardjologi jżuru b'distanza lill-pazjenti bi problemi tal-qalb - ġie rreġistrat tnaqqis ta' 36% ta' pazjenti li jerġgħu jidħlu l-isptar u ta' 12% ta' kura fl-outpatients.

Servizz lill-pazjenti

L-ICT jippermettu lit-tobba jaċċedu għar-reġistri mediċi tal-pazjenti iktar faċilment, jiksbu r-riżultati tat-testijiet fil-laboratorju iktar malajr, u jibagħtu r-riċetti direttamenti lill-ispiżjara.

Studju ffinanzjat mill-UE fl-Olanda, ir-Renju Unit u l-Ġermanja juri li bit-telemonitoraġġ mid-dar, ir-rati ta' sopravivenza tal-pazjenti jistgħu jiżdiedu bi 15%, u l-għadd ta' jiem li l-pazjenti jqattgħu l-isptar jista' jonqos b'26%.

Aġenda diġitali

Bħalissa l-Kummissjoni qed tiżviluppa miżuri mmirati intiżi biex irawwmu l-adozzjoni wiesgħa tal-ICT madwar l-UE. Sal 25 ta' Mejju hu possibbli tipparteċipa f'konsultazzjoni pubblika English onlajn biex tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar kif dan jista' jsir bl-aħjar mod.

L-opinjonijiet se jitqiesu fl-elaborazzjoni tal-proposti għas-snin 2012-2020 li l-Kummissjoni biħsieba tippreżenta din is-sena. Il-promozzjoni tal-informazzjoni tat-teknoloġiji għas-servizzi tas-saħħa tagħmel parti mill-aġenda diġitali English tal-UE u l-politiki tal-innovazzjoni tal-unjoni English .

Aktar tagħrif dwar l-ICT fil-kura tas-saħħa English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli