Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan biex l-ispeċi u l-ħabitat ikunu protetti - 03/05/2011

Iż-żrinġ komuni (Rana temporaria) f'għadira Ingliża © istock/Alasdair Thomson

L-istrateġija l-ġdida biex tinżamm il-bijodiversità timmira li tnaqqas ir-rati għolja ta' estinzjoni tal-ispeċi sal-2020, tirriġenera kemm jista' jkun l-ekosistemi naturali fl-UE u tikkontribwixxi iktar biex tkun evitata problema globali.

Il-bijodiversità globali - il-firxa wiesgħa ta' ekosistemi, speċi u differenzi ġenetiċi - hija mheddha. Ir-rati ta' estinzjoni tal-ispeċi hija verament għolja - bejn 100 u 1 000 darba iktar mir-rata naturali.

Fl-UE, 17% biss tal-ispeċi u l-ħabitat u 11% tal-ekosistemi protetti mill-UE sejrin tajjeb. Il-bqija jinsabu taħt pressjoni, prinċipalment minħabba attivitajiet umani, jew sejrin għall-agħar. Pereżempju, kwart tal-ispeċi tal-annimali qegħdin fir-riskju ta' estinzjoni, inklużi l-foka monaka tal-Mediterran, il-linċi Iberika u ż-żrinġ ta' Karpathos.

It-tnaqqis tal-bijodiversità huwa telf kbir - b'dannu għas-sistemi naturali li fuqhom jiddependu s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna. Flimkien mat-tibdil fil-klima, hija l-ikbar sfida ambjentali li d-dinja qed taffaċċja.

Strateġija ġdida

L-istrateġija tal-UE biex tindirizza t-telf tal-bijodiversità fis-snin li għaddew kienet mifruxa wisq u mhix effettiva biżżejjed. Naqset milli tilħaq l-għan tal-UE li twaqqaf iktar telf. Strateġija ġdida English , li tibqa' sejra sal-2020, tiffoka iktar fuq sitt miri ta' prijorità u miżuri marbuta magħhom. Dawn għandhom l-għan li:

  • jinfurzaw il-liġijiet tal-UE li jipproteġu l-għasafar u l-ħabitat
  • iżommu stabbli jew itejjbu l-ekosistemi - jirreġeneraw tal-inqas 15% taż-żoni li kienet saritilhom il-ħsara
  • jwasslu li l-agrikoltura u l-forestrija itejbu l-bijodiversità
  • jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd billi jnaqqsu l-qbid għal-limiti kkalkulati xjentifikament sal-2015 - 88% tal-istokkijiet ta' ħut tal-UE bħalissa huma sfruttati żżejjed jew naqsu sew
  • jilqgħu kontra speċi aljeni li jinvadu ħabitat - u bħalissa jheddu 22% tal-ispeċi indiġeni tal-UE
  • iżidu l-kontribut tal-UE biex it-telf tal-bijodiversità jkun evitat globalment

L-istrateġija timxi mal-impenji internazzjonali tal-UE skont il-konvenzjoni tan-NU dwar id-diversità bioloġika, li tinkludi sett ta' miri globali għall-2020.

Għandha l-għan ukoll li tilħaq il-miri ppjanati mill-inizjattiva tal-użu effiċjenti ta' riżorsi fl-Ewropa English tal-UE

Hemm bżonn ta' strateġija fuq livell tal-UE biex tgħin lill-gvernijiet jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom u jindirizzaw il-problemi flimkien. Se tkompli tibni fuq in-netwerk Natura 2000 English ta' 25 000 żona ta' natura protetta, li jkopru 18% tal-UE.

Il-proposta issa tmur għand il-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE għad-diskussjoni u l-approvazzjoni.

Iktar dwar il-bijodiversità English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli