Mogħdija tan-navigazzjoni

Trażżin fuq bejgħ onlajn jipproteġi lill-konsumaturi - 16/09/2010

Par idejn ta' raġel b'żewġ biljetti f'idu jittajpjaw fuq keyboard ta' kompjuter © iStockphoto.com/webphotographeer

Il-parti l-kbira tal-websajts li jbigħu prodotti elettroniċi jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, għalkemm 60% tas-siti li jbigħu l-biljetti jinsabu fi ksur.

Il-Kummissjoni llum ħabbret li trażżin ta' websajts onlajn li jbigħu prodotti elettroniċi wassal biex il-parti l-kbira tagħhom jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

Is-sena li għaddiet, trażżin fuq websajts ta' prodotti elettroniċi English sab li minnhom 44% biss kienu konformi mar-regoli tal-UE. Verifika ta' segwitu reċentement sabet li attwalment 84% jinsabu konformi, qal John Dalli, il-Kummissarju għall-affarijiet tal-konsumatur. Bħalissa għaddejja azzjoni ta' infurzar fuq il-bqija.

"Ir-riżultati preżenti juru li l-kontrolli għal għarrieda qed jaħdmu," kompla Dalli.

Il-problemi misjubin is-sena l-oħra fuq websajt li jbigħu prodotti bħal kamera diġitali u apparat musikali personali kellhom informazzjoni qarrieqa dwar id-drittijiet tal-konsumatur, il-prezzijiet globali u kif kellu jiġi kkuntattjat in-negozjant.

Din is-sena l-UE qed tiffoka fuq bejjiegħa onlajn English ta' biljetti għall-avvenimenti kulturali jew sportivi. Il-kontroll għal għarrieda li għaddej diġà sab li 60% qed jiksru r-regoli dwar il-konsumatur.

Il-Kummissjoni s'issa vverifikat 414-il websajt, li minnhom 40% huma konformi. Il-247 l-oħra qed ikunu riferuti lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittieħed azzjoni ta' infurzar. Il-problemi prinċipali kienu fl-iżvelar tal-prezzijiet u minħabba termini u kundizzjonijiet inġusti.

Il-konsumaturi għandhom joqogħdu attenti kemm għal informazzjoni nieqsa, mhux sħiħa jew qarrieqa dwar prezzijiet ta' biljetti (74% tal-websajts bi problema), termini u kundizzjonijiet ingusti (73%), kif ukoll għal informazzjoni nieqsa, mhux sħiħa jew qarrieqa dwar in-negozjant (48%).

Hekk kif websajts bi problema jiġu identifikati, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumaturi jsegwu dawn is-sejbiet; huma jikkuntattjaw lin-negozjanti jew lill-operaturi tal-websajt dwar irregolaritajiet suspettużi u jitolbuhom li jieħdu azzjoni korrettiva.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli