Mogħdija tan-navigazzjoni

Nuqqas fl-ispejjeż tar-roaming għal dawk li jużaw il-mowbajls meta jsiefru - 30/06/2010

Tpinġija ta' mowbajl qed jixxemmex ©EU

Regola ġdida tal-UE li tgħin lil dawk li jużaw il-mowbajl jevitaw kontijiet esaġerati meta jaċċessaw l-internet barra minn pajjiżhom.

Minn Lulju, il-kumpaniji Ewropej tal-mowbajls iridu jagħlqu l-linji tal-klijenti tagħhom meta l-ispiża ta' kull xahar għall-internet tilħaq €50, sakemm ma jkunx hemm qbil dirett dwar pagamenti ogħla.

U l-prezz massimu li kumpanija tat-telefown tista' twaħħal fuq kumpanija oħra meta titniżżel jew tittella' d-dejta se jonqos minn €1 għal €0.80 għal kull megabyte.

Dawn il-limiti li waslu eżatt qabel il-vaganzi tas-sajf, għandhom jgħinu lil dawk li jsiefru jevitaw li jakkumulaw kontijiet enormi bla ma jindunaw minħabba l-ibbrawżjar fuq l-internet, l-emails u l-użu ta' apps tal-mowbajl f'pajjiżi oħra tal-UE.

Il-limiti l-ġodda jsegwu l-introduzzjoni f'Marzu ta' liġi tal-UE li tippermetti li l-klijenti jagħżlu għal kont mensili massimu (li jkun awtomatikament ta' €50) għad-data roaming. Il-fornituri huma obbligati jwissu l-klijenti meta jkunu viċin ta' dan il-limitu u jistaqsuhom jekk iridux jgħolluh.

Rebħa oħra għall-klijenti hi li l-prezz massimu meta ċċempel minn barra se jinżel minn €0.43 għal €0.39 fil-minuta f'Lulju. Dawk li jużaw il-mowbajl għandhom jibbenefikaw ukoll minn limitu fuq it-tariffi għas-sejħiet li jirċievu - €0.15 minflok €0.19 kif qiegħda bħalissa.

U l-operaturi ma jistgħux jibqgħu jiċċarġjaw lill-klijenti talli jirċievu 'voice mail' waqt li jkunu msiefrin fl-UE stess.

Il-prezzijiet kollha jeskludu l-VAT.

L-UE għamlet limitu fuq is-sejħiet transkonfinali fuq il-mowbajls English fl-2007 wara li skopriet li kienu madwar erba' darbiet aktar għoljin mis-sejħiet domestiċi. Minn dakinhar, il-prezzijiet għas-sejħiet barra niżlu 70% meta mqabbla mal-prezzijiet tal-2005. Il-limiti ġew estiżi s-sena l-oħra biex jinkludu l-sms u s-servizzi tad-dejta fuq il-mowbajl.

Aktar kmieni f'Ġunju, erba' kumpaniji ewlenin tat-telecom tilfu l-attentat li jgħelbu l-limiti. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja żammet il-limiti fuq il-prezzijiet fl-interessi tal-ħarsien tal-konsumatur u biex jimxi 'l quddiem is-suq intern.

Id-data roaming u l-messaġġi sms fl-Ewropa English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli