Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Bulgarija u l-Portugall jingħaqdu mal-pajjiżi bl-iktar bajjiet indaf - 10/06/2010

Bajja fil-Ġreċja © UE

Il-kwalità tal-ilma naqset bi ftit, iżda l-maġġoranza kbira tal-bajjiet, lagi u xmajjar tal-Ewropa għadhom indaf biżżejjed biex isir għawm fihom.

L-Ewropej li sejrin ħdejn il-baħar dan is-sajf m'għandomx għalfejn jinkwietaw dwar l-ilma. Xi 96% tal-bajjiet u 90% tax-xmajjar u l-lagi jilħqu l-istandards minimi ta' ndafa tal-UE skont rapport li ħareġ illum.

Il-rapport tal-UE huwa bbażat fuq kampjuni tal-ilma meħuda fl-2009 minn postijiet fejn l-għawm huwa awtorizzat jew tal-inqas tollerat.

Għall-ilma tal-kosta, ir-riżultati kienu vicin ħafna ta' dawk tal-2008. Iżda marru xi ftit għall-agħar l-ilmijiet interni, li 92% minnhom kienu ndaf is-sena ta' qabel.

L-aġenzija Ewropea għall-ambjent, li tipproduċi r-rapport annwali, qalet li jkun hemm varjazzjonijiet minn sena għal oħra. Iżda sejħet għal sforzi ikbar biex tkun żgurata l-kwalità tal-ilma għall-għawm.

L-ilma għall-għawm fl-Ewropa jiġi ttestjat għal tniġġis fiżiku, kimiku u batterjoloġiku. Il-pajjiżi għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti mal-liġi tal-UE, iżda jistgħu jagħżlu li jagħmlu pass ieħor u jintrabtu ma' kriterji addizzjonali iktar stretti.

Fl-2008, il-Greċja, Ċipru, Franza u Malta nstabu li kellhom l-iktar ilmijiet nodfa, b'iktar minn 90% tal-postijiet għall-għawm li leħqu l-kriterji iktar stretti. Dan ġara wkoll fil-Bulgarjia u l-Portugall, titjib kbir fuq is-sena ta' qabel.

Madwar 20,600 żona għall-għawm ġew iċċekkjati fl-2009, b'żewġ terzi minnhom fuq il-kosta. Madwar 89% tal-bajjiet u kważi 71% tal-lagi u x-xmajjar leħqu l-istandards iktar stretti.

Biex tara jekk il-post għall-għawm favorit tiegħek hux nadif, aqra r-rapport DeutschEnglishfrançaisPDF jew ara l-portal interattiv ġdid Eye On Earth - Water Watch English .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli