Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġimgħa Ekoloġika 2010: taqbida tal-imħuħ dwar il-bijodiversità - 01/06/2010

Powster tal-Ġimgħa Ekoloġika 2010 ©EU

Tinfetaħ il-konferenza annwali tal-UE dwar il-politika ambjentali, eluf jinġabru għal erbat ijiem ta' dibattitu.

Kif jista' jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità mingħajr ma jitfixkel l-iżvilupp tal-bniedem hi waħda mill-enigmi taż-żminijiet moderni.

Esperti minn madwar id-dinja nġabru fi Brussell din il-ġimgħa għal taqbida tal-imħuħ dwar il-problema.

It-tema hi f'waqtha. Mhux biss it-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità hu wieħed mill-għanijiet prinċipali ambjentali tal-UE, in-NU għażlu l-2010 bħala s-Sena Internazzjonali għall-Bijodiversità English .

Aktar minn 3000 persuna: xjentisti, negozjanti ewlenin, difensuri tal-ambjent u uffiċjali tal-gvernijiet qed jieħdu sehem fil-forum, imsejjaħ Ġimgħa Ekoloġika English .

Il-bijodiversità tirreferi għall-abbundanza u l-varjetà tal-ispeċijiet tal-pjanti u tal-annimali u l-ambjent fejn jgħixu. Il-kunċett jiġbor fih il-varjazzjoni tat-tiswir ġenetiku. Għadd kbir u firxa wiesgħa ta' ambjenti naturali u ta' speċijiet huma essenzjali biex jiġu ppreservati l-ekosistemi tad-dinja.

Il-bniedem ikkawża telf massiv fil-bijodiversità, prinċipalment bil-qerda tal-ambjenti naturali tal-pjanti u tal-annimali. In-NU jikkalkulaw li attwalment l-ispeċijiet qed jinqerdu b'rata ta' 100 għal 1000 darba meta mqabbla mar-rata tal-estinzjoni naturali. It-theddida tolqot terz mill-1.75 miljun speċi ta' annimali u ta' pjanti magħrufin.

Il-konferenza se tesplora l-importanza tal-bijodiversità, għalfejn qed tonqos u kif għandha titreġġa' lura din it-tendenza. B'mod partikulari, se teżamina l-funzjoni ta' Natura 2000, in-netwerk ta' żoni ta' konservazzjoni fl-UE, u se tintroduċi portal għal websajt ġdid li jiċċentralizza l-informazzjoni dwar il-bijodiversità fl-Ewropa.

Din is-sena l-Ġimgħa Ekoloġika se tilqa' wkoll il-Premjijiet għall-Kumpaniji Ewropej favur l-Ambjent English . Dawn jirrikonoxxu kumpaniji li l-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima tifforma parti mix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Se jingħataw erba' premjijiet għal proġetti li jgħaqqdu flimkien id-dehen tajjeb fin-negozju u l-kuxjenza dwar l-ambjent.

L-10 finalisti - magħżulin minn 141 partiċipant - jinkludu lil Siemens, Grupo Ferrovial, Ecover u Findus.

 

Ġimgħa Ekoloġika English

Bijodiversità - din tolqotna lkoll

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli