Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tiżen il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' miri aktar ibsin għall-emissjonijiet - 27/05/2010

Duħħan ħiereġ minn fabbrika © EU

Studju juri li n-nefqa bħala tweġiba għat-tisħin dinji llum hi anqas minn dik tal-2008, meta l-UE adottat il-miri tagħha għat-tibdil fil-klima.

Qabel ma jibdew it-taħdidiet dwar il-klima tan-NU l-ġimgħa ddieħla, l-UE ħarġet studju English dwar il-probabilità li jissaħħu l-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tagħha.

L-UE diġà kkommettiet ruħha sabiex tnaqqas il-livelli tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-1990 tal-anqas b'20% sal-2020. Fil-konferenza dwar il-klima tan-NU f'Kopenħagen il-blokk wiegħed li jżid il-mira għal 30% jekk pajjiżi kbar oħra li jniġġsu jagħmlu l-istess. Billi s'issa għadu ma ntlaħaqx ftehim, il-ministri tal-ambjent talbu sabiex il-Kummissjoni tistudja l-possibilità li l-UE tagħmel dan weħidha. Ir-riżultati ġew ippreżentati minn Connie Hedegaard, il-Kummissarju għall-azzjoni fil-klima.

L-istudju jikkalkula li l-mira ta' 30% għandha tiswa kollettivament lill-pajjiżi tal-UE €81 bn fis-sena - jew 0.54% tal-PGD. Filwaqt li dan ifisser €33 bn fis-sena aktar milli kieku kellha llum tiswa n-nefqa għall-mira ta' 20%, dan iwassal biss għal €11 bn aktar mill-prezz immarkat għall-2008.

In-nefqiet aktar baxxi juru t-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija matul ir-reċessjoni u ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt, li naqqsu l-prezz tat-tniġġis fl-Ewropa. L-UE tirrikjedi li l-industriji l-kbar jixtru permessi biex ikunu jistgħu jarmu l-gassijiet fl-arja, li jkunu jistgħu jiġu negozjati f'diversi skambjamenti fl-Ewropa. Ibbażata fuq il-prezzijiet tal-karbonju, in-nefqa li twassal għall-mira vinkolanti ta' 20% naqset bi 30% mill-2008, minn €70 bn għal €48 bn fis-sena.

L-istudju juri li progress lejn mira ogħla għandu jistimula l-ekonomija u jnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq iż-żejt u l-gass minn pajjiżi barranin. Għandu wkoll jagħmilha eħfef għall-Ewropa li tilħaq il-mira tagħha għall-2050 billi tnaqqas l-emissjonijiet bi 80%.

B'hekk hi tagħti nifs ta' ħajja lin-negozjati dwar il-klima wara d-diżappunt ta' Kopenħagen, li fallew milli jwettqu ftehim vinkolanti biex jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima. It-taħdidiet tan-NU, li minn Kopenħagen 'l hawn waqfu, għandhom jibdew mill-ġdid fil-31 ta' Mejju.

L-istudju janalizza modi English kif jitwettaq tnaqqis akbar u l-implikazzjonijiet ta' miri ogħla għall-emissjonijiet lil hinn mill-UE. Iż-żamma tal-permessi tal-karbonju u l-użu tal-permessi biex jiġu ppremjati industriji li jibżgħu għall-ambjent huma fost il-possibilitajiet analizzati.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli