Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tixtieq inqas sajd fl-2011 - 18/05/2010

Logo tal-jum marittimu Ewropew ©UE

Il-Kummissjoni qed tfittex li tibbillanċja s-sostenibbiltà mal-istabbiltà bid-deċiżjonijiet fuq il-limiti tal-qbid is-sena d-dieħla.

Il-kummissjoni formalment fetħet it-taħdidiet dwar il-kwoti tas-sajd b'rapport li jispjega liema se jkunu l-prijoritajiet tagħha fil-proposti dwar il-limiti tal-qbid.

Il-Kummissarju Maria Damanaki English tappoġġja metodu iktar iebes f'mument ta' dubju dwar kemm il-livell ta' sajd attwali hux għoli wisq biex iżomm l-istokkijiet. "Nixtieq nagħmilha ċara li l-livelli tal-kwoti stabbiliti għandhom jirrispettaw l-impenji tal-Unjoni Ewropeja lejn is-sostenibbiltà, " qalet il-Kummissarju.

Ir-rapport jgħid lil l-UE se tipprova wkoll tevita tibdil mhux meħtieġ fil-kwoti.

Il-pajjiżi tal-UE qablu fl-2002 li jerġgħu lura għal qbid sostenibbli sal-2015. Iżda għadu jsir sajd żejjed għal madwar 90% tal-istokkijiet. Il-pajjiżi li għandhom sajd qegħdin jibqgħu jaqbdu madwar 34% iktar milli x-xjenzati jgħidu li hu sostenibbli.

Kull sena l-ministri tas-sajd tal-UE jistabbilixxu limiti għall-qbid fil-Baħar Baltiku, il-Baħar l-Iswed u l-Atlantiku tal-Grigal, inkluż il-Baħar tat-Tramuntana. Il-kummissjoni tipproponi kwoti bbażati fuq il-parir xjentifiku skont l-istat tal-istokk ikkonċernat.

Ir-rapport wasal mal-bidu ta' proġett pilota ta' atlas onlajn li jipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar l-ibħra u l-oċejani tal-Ewropa. Din il-ġimgħa wkoll, il-belt Spanjola ta' Gijon qegħda tospita konferenza ta' livell għoli dwar l-affarijiet marittimi. Il-laqgħa bejn it-18 u l-21 ta' Mejju hija avvenment minn madwar 40 li se jsiru madwar l-UE biex ifakkru l-jum marittimu Ewropew Englishespañol .

L-UE għandha madwar 70,000km ta' kosta maqsuma bejn 22 pajjiż. Madwar 40% tal-popolazzjoni jgħixu fir-reġjuni marittimi - madwar 200 miljun ruħ - u jiġġeneraw madwar 40% tal-prodott gross domestiku tal-UE mis-sajd u attivitajiet bħall-operat tal-portijiet, it-trasport bil-baħar u t-turiżmu.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli