Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornament dwar is-sikurezza tal-prodotti - 15/04/2010

Ġugarelli potenzjalment perikolużi© UE

Il-konusumaturi jibbenefikaw minn użu ulterjuri tas-sistema ta' twissija Ewropea dwar is-sikurezza tal-prodotti kif ukoll aktar sorveljanza effettiva tas-suq.

Is-sena l-oħra, il-pajjiżi Ewropej użaw is-sistema biex iwissu 'l xulxin dwar madwar 1993 prodott perikoluż, 7% aktar mill-2008.

1699 avviż minn dawn, kien ikkunsidrat bħala theddid serju għall-konsumaturi jew għall-ambjent jew għas-sigurtà pubblika. Madwar 20% mit-total ta' dawn il-prodotti ġie mill-Ewropa u 60 % miċ-Ċina.

Iż-żieda - minn 1866 fl-2008 - nibtet minn għadd ta' fatturi fosthom għarfien aħjar tal-livelli tas-sikurezza tal-prodotti, kontrolli aktar effettivi u frekwenti u kooperazzjoni akbar bejn il-pajjiżi.

Il-pajjiżi jgħarrfu lil RAPEX bil-miżuri li ħadu biex jipprevjenu jew jirristrinġu l-promozzjoni ta' prodott meqjus perikoluż, per eżempju billi jwaqqfu l-bejgħ, jirritornaw il-prodott jew jgħarrfu lill-konsumaturi dwar ir-riskji.

Il-ġugarelli rrappreżentaw 28% tal-avviżi, skont ir-rapport 2009 tal-UE dwar is-sistema ta' twissija f'waqtha (RAPEX) English . Dawk li jkollhom partijiet ċkejknin li jinqalgħu u dawk b'metalli tqal tossiċi huma fost l-aktar perikolużi, speċjalment għat-tfal iż-żgħar.

Fl-2009, uffiċjali tas-sorveljanza tas-suq fi 13-il pajjiż Ewropew spezzjonaw 14,000 ġugarell għall-konformità mal-livelli tas-sikurezza tal-UE dwar il-partijiet ċkejknin u l-metalli tqal. Dawk issuspettati bħala perikolużi ntbagħtu lura f'laborarotju għal aktar skrutinju.

Mill-576 eżaminati għall-partijiet ċkejknin, 200 (35%) instabu perikolużi. It-testijiet għall-kontenut ta' metall tqil kienu iktar pożittivi - 17 biss minn 227 kampjun (7.5%) ma kienux jikkonformaw mal-limiti legali.

Tletin pajjiż - is-27 pajjiż tal-UE kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja - jużaw is-sistema RAPEX biex iwissu 'l xulxin dwar prodotti perikolużi. Il-prodotti kollha ħlief l-ikel, il-farmaċewtiċi u l-apparat mediku huma koperti mis-sistema.

Minn meta RAPEX tnediet fl-2004, l-għadd ta' avviżi żdied b'erba' darbiet.

Aktar dwar l-affarijiet tal-konsumatur

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli