Mogħdija tan-navigazzjoni

IT għal kura tas-saħħa sostenibbli - 15/03/2010

Raġel juża apparat tal-polz u kompjuter biex jittrażmetti l-pressjoni tad-demm u r-rata tal-qalb lit-tobba tiegħu © Reporters

B'sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika taħt pressjoni minn popolazzjoni li qed tixjieħ, il-gvernijiet dejjem qed jirrikorru iktar għall-għajnuna tat-teknoloġija tal-informazzjoni għal aktar ħeffa.

It-teknoloġija tal-informazzjoni qed tittrasforma l-kura tas-saħħa fl-Ewropa - imma mhux malajr daqs kemm tixtieq l-UE. Minħabba f'hekk, il-Ministri Ewropej tas-saħħa se jiltaqgħu fi Spanja din il-ġimgħa biex jistipulaw miri fit-tul għal 'e-saħħa', terminu li jirreferi għall-kura tas-saħħa appoġġjata minn prodotti u servizzi elettroniċi. Jimplika mhux biss l-applikazzjoni ta' teknoloġija ġdida iżda wkoll mod ta' ħidma aktar effiċjenti.

Għall-ewwel darba, il-laqgħa annwali se ssir fl-istess ġimgħa u fl-istess post - Barċellona - ma' konferenza annwali oħra dwar l-e-saħħa. Din tal-aħħar hija mmirata għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-ispeċjalisti tal-IT. Organizzata bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea, il-forum huwa parzjalment kummerċjali u juri l-aħħar tendenzi f'wieħed mill-aktar swieq popolari tal-mument fl-Ewropa.

Spanja, li bħalissa għandha l-presidenza tal-UE, tispera li l-organizzar simultanju taż-żewġ avvenimenti jista' jħeġġeġ skambju aktar wiesgħa u jħaffef l-aġenda dwar l-e-saħħa tal-UE.

Fl-2004 il-Kummissjoni bdiet tisħaq dwar l-użu tal-IT fis-settur tas-saħħa. Is-servizzi elettroniċi huma meqjusa bħala ewlenin għall-iżvilupp aktar wiesgħa ta' suq tas-saħħa Ewropew u kurċjali biex nippruvaw inżommu l-ispejjeż milli jitilgħu wisq. Fl-UE, l-ispejjeż tas-saħħa jammonta għal madwar 4% u 11% tal-prodott gross domestiku u bejn 10% u 18% tal-infiq totali tal-gvern.

Is-sistemi tal-kura tas-saħħa ffinanzjati bit-taxxi qed isiru aktar għoljin għax id-domanda għas-servizzi qiegħda dejjem tiżdied minħabba popolazzjonijiet li qed jixjieħu. Sa nofs is-seklu, kważi 40% tal-popolazzjoni tal-UE mistennija tkun ixjeħ minn 65 sena, u se jkun hemm inqas ħaddiema biex iħallsulhom il-kontijiet tas-saħħa.

Fl-2008 l-UE identifikat l-e-saħħa bħala wieħed mis-sitt swieq emerġenti fejn l-Ewropa għandha l-potenzjal issir mexxejja dinjija. E-saħħa hija t-tielet l-akbar industrija tas-saħħa Ewropea, wara l-farmaċewtika u l-apparat mediku. Eżempji ta' żviluppi tajbin jinkludu n-netwerks tal-informazzjoni, rekords elettroniċi u portali tas-saħħa.

Jekk il-maġġoranza tat-tobba Ewropej issa qed jużaw il-kompjters biex jaħżnu u jiskambjaw tagħrif mediku, ftit huma dawk li qed jieħdu vantaġġ minn applikazzjonijiet IT oħra bħal ngħidu aħna preskrizzjonijiet elettroniċi u t-telemonitoraġġ li jippermetti li l-pazjenti jiġu mmonitorjati mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru għand it-tabib. L-iskambju tad-dejta dwar il-pazjent minn pajjiż għal ieħor ukoll hija rari. Din hija problema kbira f'dinja dejjem iktar mobbli.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli