Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kanċer fl-Ewropa - titkompla l-ġlieda - 04/02/2010

Filmat dwar persuna li fiqet mill-kanċer © EU

Ix-xjenza u l-informazzjoni huma fiċ-ċentru tal-kruċjata tal-UE għat-tnaqqis fir-rati tal-kanċer.

Kull sena, 3.2m Ewropej jinstabilhom kanċer - l-aktar kawża komuni ta' mewt wara l-mard tal-qalb. L-aktar kanċer komuni hu dak tal-pulmun, tas-sider u tal-kolon.

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE għandhom strateġija għat-tnaqqis fir-rati tal-imwiet - ħafna minnhom se jwettqu kampanji ta' informazzjoni dwar il-jum dinji tal-kanċer fl-4 ta' Frar.

Min-naħa tagħha, l-UE qed tippjana li jitnaqqsu r-rati tal-kanċer bi 15% sal-2020 u qed tattakka l-kanċer fuq żewġ fronti - billi tinkuraġġixxi stil ta' ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa u billi tiffinanzja r-riċerka għall-kura tal-kanċer.

Il-kodiċi Ewropea għal kontra l-kanċer għandha 11-il punt prattiku, ibbażati fuq ix-xjenza biex jgħin lin-nies jibqgħu f'saħħithom u jitnaqqsilhom ir-riskju li jiżviluppaw kull forma ta' kanċer. L-ideat jinkludu eżerċizzji fiżiċi ħfief ta' kuljum u li ma jinxtorobx f'ġurnata waħda xorb alkaħoliku aktar minn darba (fil-każ tan-nisa) u darbtejn (fil-każ tal-irġiel).

Gruppi ta' xjentisti, tobba u pazjenti qed jaħdmu flimkien mal-partenarjat Ewropew kontra l-kanċer English (en) . Il-finanzjament mill-UE jgħinhom jaqsmu bejniethom l-informazzjoni, it-tagħmir u l-kompetenzi.

Filwaqt li x-xjentisti qed iwettqu passi kbar fil-kura tal-kanċer, l-għadd enormi ta' nies li għadhom jitilfu l-ġlieda tagħhom mal-marda juri b'mod ċar il-ħtieġa ta' aktar riċerka. Bejn l-2002 u l-2006, l-UE għaddiet €480 lir-riċerka tal-kanċer, biex b'hekk iffinanzjat 108 proġetti individwali. Fl-2007-13, iċ-ċifra se tkun saħansitra ogħla.

Grupp iffinanzjat mill-UE żviluppa bijosenser English li kapaċi jidentifika ċelloli li jistgħu jrażżnu b'mod attiv l-iżvilupp ta' tumur. Dan jista' jgħin lil dawk li qed ibatu mill-kanċer fil-ġlieda kontra l-marda billi jużaw is-sistema immunitarja tagħhom stess.

Proġetti ta' riċerka oħra qed jistudjaw x'inhu li jikkawża l-kanċer. Wieħed minnhom qed jinvestiga kif l-esponiment għat-tniġġis fl-arja English jaffettwa s-saħħa mal-medda twila taż-żmien.

Aktar dwar il-kanċer fl-UE English (en)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli