Mogħdija tan-navigazzjoni

Jirnexxilna nwaqqfu t-telf tal-bijodiversità sal-2020? - 19/01/2010

Farfett fuq fjuri © Reporters

L-għan tal-UE li twaqqaf il-qirda ta' annimali u pjanti sal-2010 ma ntlaħaqx. Issa qed nippjanaw aktar azzjoni - għall-ħarsien xieraq u fit-tul tal-bijodiversità sal-2020.

Ma tantx fadal żmien. In-NU jaħsbu li l-ispeċijiet issa qed jinqerdu bejn 100 u 1000 darba aktar mir-rata ta' estinzjoni naturali. Terz mill-1,75m speċi ta' annimali u pjanti li nafu bihom huma mhedda. Fl-2008, tlifna 717-il speċi ta' annimal, skont l-unjoni internazzjonali favur il-konservazzjoni tan-natura (IUCN). Bħalissa, l-għadd tal-balena beluga, l-ors koala u l-qroll staghorn qed jiċkien b'rata allarmanti.

Biex tipproteġi annimali bħal linċi tal-Iberja - li waslu fl-aħħar 100 - l-UE qed tfassal viżjoni fit-tul għall-40 sena li fadal sal-2050.

Iżda għandha timmira għat-trażżin tat-telf fil-bijodiversità, it-twaqqif komplet, jew saħansitra tipprova terġa' tagħti l-ħajja lil ekosistemi mejta? Għandha tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità fid-dinja kollha? L-UE għandha tiddeċiedi fil-ġimgħat li ġejjin kemm jistgħu jkunu ambizjużi l-għanijiet. Ħaġa waħda hija ċara - iridu jkunu realistiċi.

Sa tmiem is-sena, l-UE għandu jkollha strateġija ċara dwar il-bijodiversità għall-għaxar snin li fadal sal-2020. L-2010 ġiet iddikkjarata min-NU bħala s-sena internazzjonali tal-bijodiversità English .

Aktar riċerka, aktar finanzjament u infurzar aħjar tar-regoli tal-UE huma kollha meħtieġa b'urġenza.

Diġà għandna idea tajba ta' x'għandna nagħmlu - u kien hemm xi suċċessi bħal Natura 2000 English , netwerk ta' żoni ta' konservazzjoni li jkopru 17% tas-superfiċje totali tal-erja tal-UE. L-iżvilupp tan-netwerk - flimkien ma' proġetti ġodda - jistgħu jkunu pass 'il quddiem għall-irkupru tal-ekosistemi tad-dinja. 60% minn dawn l-ekosistemi saritilhom ħsara bit-tniġġis u l-esplojtazzjoni qawwija mill-bniedem fl-aħħar 50 sena.

Dan għandu jgħin ukoll biex jiġu evitati diżastri naturali ta' bosta tipi, nixfa, u ġuħ - u jtaffi l-effet serra li jikkawża t-tisħin dinji.

Dalwaqt se jkun disponibbli aktar tagħrif f'sit web interattiv ġdid li għandu jitnieda fis-26 ta' Jannar. U jekk inti tuża siti ta' netwerking soċjali (per eż. Facebook), suppost tkun tista' żżid l-ispeċi fil-periklu bħall-għasfur tal-bejt fil-lista tal-ħbieb tiegħek.

Aktar tagħrif dwar il-bijodiversità fl-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli