Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Ittestjar tal-UE juri riskju serju ta' xokkijiet u nirien f'ħafna dwal. Żomm l-ambjent tiegħek sikur - itfihom meta tmur torqod jew toħroġ mid-dar.
Sett ta' dwal tal-Milied wieħed minn tlieta ttestjati fi stħarriġ tas-suq tal-Kummissjoni ppreżenta riskju dirett ta' nar jew xokk elettriku.
It-testijiet saru fil-Ġermanja, l-Ungerija, l-Olanda, is-Slovenja u s-Slovakkja fuq kważi 200 sett ta' dwal minn kull kategorija ta' prezz.
Il-kampjuni ġew ittestjati skont 20 rekwiżit, u ħafna minnhom m'għaddewx minn iktar minn test wieħed.
Il-Kummissjoni sabet li s-sistemi tal-wajers huma rqaq, il-ħbula mhuxiex imwaħħla sew u li l-ispag tad-dwal għandhom wajers mikxufin. Aktar minn 40% tal-kampjuni ġew manifatturati fiċ-Ċina.
Fl-Ungerija, kważi 96% tad-dwal instabu li huma perikolużi. Fl-Olanda, 56% ma laħqux l-istandards tas-sikurezza tal-UE. Għalkemm ħadu sehem ħames pajjiżi biss fl-istħarriġ, hu probabbli li qed jinbiegħu l-istess dwal madwar l-UE.
Il-kummissarju għall-konsumaturi Meglena Kuneva qalet li s-sejbiet għandhom jiftħu għajnejn il-konsumaturi.
Ħeġġet lill-pajjiżi membri tal-UE biex jivverifikaw aħjar l-infurzar tal-istandards tas-sikurezza u qalet li l-industrija - il-manifatturi, il-bejjiegħa, id-distributuri u l-importaturi - għandhom itejbu l-verifiki tagħhom. Għaċ-ċittadini, saħqet fuq il-viġilanza, u tat dawn il-pariri: