Mogħdija tan-navigazzjoni

Fi triqitna lejn Kopenħagen - 30/11/2009

Wara n-negozjati minn Bangkok għal Barċellona, fejn tinsab il-pożizzjoni tal-UE?

L-UE se tinsisti li jkun hemm ftehim ċar waqt il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima tan-NU f'Kopenħagen, bi sforz biex jiġi evitat li t-tisħin globali jilħaq livelli katastrofiċi.

Fil-laqgħa tagħhom f'Novembru, il-mexxejja Ewropej qablu li jikkontribwixxu għall-fond biex jiġu mgħejjunin pajjiżi li qed jiżviluppaw ħalli jiġi ffaċċjat it-tibdil fil-klima iżda ma qalux eżatt kemm se jkun l-ammont.

Madankollu, il-President Barroso qal li l-UE lesta li tħallas is-"sehem ġust tagħha" mill-kont, li l-estimi tiegħu kkalkulati li jilħaq €100 biljun fis-sena sal-2020. Biex tagħti mbuttatura ħalli tibda l-azzjoni, il-kummissjoni qed tipproponi kontribuzzjoni mill-UE ta' €5-7bn fis-sena sal-2012.

Il-mexxejja dinjija qed jiltaqgħu f'Kopenħagen f'Diċembru biex ifasslu s-suċċessur tal-protokoll ta' Kyoto, adottat mill-pajjiżi żviluppati fl-1997. Dan jorbot lill-pajjiżi għal tnaqqis ta' 5% fl-emissjonijiet meta jitqabbel mal-livelli tal-1990.

Seħħew diversi sensieli ta' negozjati sat-twassil tal-laqgħa, inklużi dawk f'Bonn, Bangkok u Barċellona. Billi pajjiżi fost dawk l-aktar li jniġġsu bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti attwalment qed iwiegħdu li jagħmlu l-isforzi tagħhom, l-UE tikkalkula li ċ-ċans ta' ftehim sinifikanti f'Kopenħagen hu tajjeb ħafna.

L-UE diġà kkommettiet ruħha sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tal-anqas 20% tal-livelli tal-1990 sal-2020. Dan għandu jiżdied għal 30% jekk pajjiżi oħra jagħmlu l-istess.

Waqt laqgħa li kellu reċentement ma' mexxejja fil-qasam tal-kummerċ, is-Sur Barroso ħeġġiġhom biex ma joqogħdux jistennew it-trattat il-ġdid. "Nistgħu nagħmlu dan issa għax it-tibdil fil-klima qed iseħħ bħalissa."

Negozjati ta' Kopenħagen - il-kontribuzzjoni tal-UE English

Negozjati ta' Kopenħagen - il-websajt tal-presidenza Żvediża tal-UE Englishfrançaissvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli