Mogħdija tan-navigazzjoni

Ingħalqu jew ġew ikkoreġuti 70% tas-siti qarrieqa wara investigazzjoni tal-UE - 17/11/2009

id iżżom mowbajl quddiem skrin tal-kompjuter ©EC

L-awtoritajiet investigaw 301 sit web tas-servizzi tal-mowbajls fis-segwitu għat-trażżin tal-prattiki li jqarrqu bil-konsumaturi.

L-awtoritajiet investigaw 301 sit web tas-servizzi tal-mowbajls fis-segwitu għat-trażżin tal-prattiki li jqarrqu bil-konsumaturi.

S'issa 54 ingħalqu u 159 oħra "tnaddfu" - ġew imġiegħla jikkoreġu prattiki li jiksru l-liġi tal-konsumatur fl-UE. L-Italja ħarrket disgħa fornitur tal-kontenut u operaturi tal-mowbajls b'kemm jiswew €2m b'konnessjoni mal-investigazzjoni.

Is-siti huma fost il-558 investigati matul ġimgħa f'Ġunju 2008 - ħidma ta' 29 pajjiż li saret bejn il-pajjiżi tal-UE flimkien man-Norveġja u l-Iżlanda. Kollha jbigħu kontenut tal-mowbajls, bħal ringtones, wallpapers, logos, logħob u abbonamenti ma' servizzi taċ-chat.

L-investigazzjoni kienet riżultat ta' mijiet ta' lmenti, ħafna drabi minn ġenituri li jintlaqtu minn kont kbir wara li wliedhom innoċentament jabbonaw ma' xi ringtone jew servizz ieħor. Ħafna mis-siti huma mmirati fuq iż-żgħażagħ.

L-investigazzjoni kienet it-tieni azzjoni konġunta mill-awtoritajiet tal-infurzar madwar l-Ewropa. Fl-2007, 15-il pajjiż tal-UE ingħaqad man-Norveġja għal investigazzjoni ta' siti web li jbigħu biljetti tal-linji tal-ajru.

Il-Kummissarju tal-UE għall-konsumatur Meglena Kuneva qalet li se jkun hemm aktar investigazzjonijiet ta' dan it-tip fil-futur. "Dawn ir-riżultati juru li kooperazzjoni tal-infurzar li tinkludi l-Ewropa kollha jista' jkollha impatt kbir fit-tindif tas-suq għall-konsumaturi."

Is-suq għas-servizzi tal-mowbajls qed jikber, u dan jirrifletti l-popolarità tal-mowbajls infushom. Fl-2007 il-valur tal-bejgħ Ewropew tar-ringtones kien stmat €691m, inklużi (imma mhux limitat għal) xiri permezz tal-Internet.

L-Awstrija, l-Ungerija u r-Rumanija kellhom l-aktar siti li jiksru r-regoli tal-konsumatur - 21 kull wieħed. Franza u l-Litwanja kellhom 20 kull wieħed, segwiti mill-Belġju, in-Norveġja u l-Pajjiżi l-Baxxi bi 18, 17 u 16 rispettivament.

Il-kumpaniji mħarrka fl-Italja inkludew kumpaniji bħal Telecom Italia, Vodafone jew Fox Mobile u Tutto gratis

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli