Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Proposti ġodda għall-kollaborazzjoni fis-sorveljanza tal-baħar, rwol ikbar tal-UE fl-affarijiet marittimi u garanzija ta' sajd sostenibbli.
Sentejn wara li l-UE nediet il-politika marittima integrata tagħha, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel rapport ta' progress ![]()
![]()
tagħha.
Stabbiliet ukoll prijoritajiet marittimi u ppreżentat proposti biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE fis-sorveljanza tal-baħar ![]()
![]()
u tissaħħaħ l-influwenza tal-UE fl-affarijiet marittimi globali
.
Għalkemm il-politika marittima hi relattivament ġdida, "diġà rnexxielha tbiddel il-mod kif l-Ewropa tiġġestixxi r-riżorsi marittimi tagħha", qal il-kummissarju għall-affarijiet marittimi Joe Borg.
L-Ewropa għandha kosta ta' 70,000 km, li tmiss ma' żewġ oċejani u erba' ibħra li fuqhom jiddependu firxa wiesgħa ta' attivitajiet min-negozju sat-trasport marittimu, mis-sajd sat-turiżmu. Iżda fil-baħar jiġru wkoll inċidenti bejn il-vapuri u inċidenti ambjentali, prattiki ta' sajd illegali u mhux regolat, il-piraterija, il-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, l-immigrazzjoni illegali u t-theddid mit-terroristi.
Bħalissa, ir-responsabbiltà quddiem dawn l-isfidi hi maqsuma bejn varji awtoritajiet nazzjonali, ngħidu aħna l-gwardjani tal-fruntieri, l-awtoritajiet tad-dwana u tas-sigurtà u d-difiża tal-portijiet.
Prijorità fis-snin li ġejjin hi li dawn l-entitajiet differenti jaħdmu flimkien. It-tkabbir sostenibbli hu għan ewlieni ieħor, flimkien ma' influwenza ikbar tal-UE fl-isforzi internazzjonali għal ġestjoni aħjar tal-ibħra. U żewġ proġetti pilota - wieħed fil-Mediterran u ieħor fil-Baħar tat-Tramuntana - se jeżaminaw l-integrazzjoni tal-attivitajiet ta' sorveljanza.
F'inizjattiva separata, il-kummissjoni pproponiet ukoll kwoti tas-sajd ġodda għall-2010, ibbażati fuq l-ammont ta' ħut li x-xjenzjati jaħsbu li jista' jinqabad mingħajr ma jsir dannu permanenti fuq il-popolazzjonijiet tal-ħut.
Il-ħut li jinsab f'riskju għoli hu l-merluzz, l-aringi u l-inċova. Fl-2008 il-qbid tal-merluzz leħaq livell li qatt ma ġie rreġistrat mill-1999. Għalhekk, il-kwoti għall-2010 se jkunu 25% inqas minn dawk tal-2009.
"Dejjem se jkun hemm xi ħadd li jgerger li jippreferi jaħseb fit-terminu qasir, bl-idea li issa għandna naqbdu ftit iktar ħut, u nipposponu l-problema tas-sostenibblità għas-sena ta' wara. Dan m'għandux ikun il-mod kif nimxu," iddikjara Joe Borg.