Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħlqu d-distakk fir-rati tal-kanċer - 29/09/2009

Pazjent bil-kanċer jagħmel l-iskan MRI © Reporters

L-UE ħasset li għandha żżid l-isforzi konġunti biex tipprevjeni, tittratta, tirriċerka u taqsam l-informazzjoni dwar il-kanċer minħabba d-differenzi kbar fir-rati tal-imwiet bejn pajjiż u ieħor.

Ta' kull sena 3.2 miljun Ewropew jinstabilhom kanċer - l-aktar kawża tal-mewt komuni wara l-mard tal-qalb. Il-maġġoranza tal-każi huma l-kanċer tas-sider, tal-pulmun u tal-musrana.

Dik hija l-ħarsa ġenerali. Ħarsa aktar mill-qrib lejn ir-rati tal-kanċer f'UE ta' 27 pajjiż turi differenzi kbar bejn il-pajjiżi, kemm f'termini ta' frekwenza kif ukoll fir-riżultati tal-każijiet.

Ir-riskju li l-irġiel Ungeriżi jmutu bil-kanċer huwa d-doppju ta' dak tal-irġiel fl-Iżvezja u l-Finlandja. L-istess għan-nisa Daniżi meta mqabbla man-nisa mill-Greċja u Spanja.

Fil-Ġermanja, ir-rata tal-kanċer tal-musrana huwa darbtejn aktar għoli mill-Greċja, filwaqt li fil-Belġju u Franza l-kanċer tas-sider huwa ferm aktar komuni mil-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Dawn id-differenzi enormi bejn il-pajjiżi tal-UE mhumiex ġodda. Hemm ħafna fatturi li jaffettwaw iċ-ċifri, pereżempju l-mod kif jinġabru u jiġu ppreżentati. Iżda l-persistenza ta' differenzi kbar tissuġġerixxi nuqqas ta' uniformità fil-kwalità tal-kura tas-saħħa madwar l-UE.

Id-differenzi – flimkien mar-rati għoljin ta' kanċer fl-Ewropa kollha – huma fost it-tħassib li qed iwassal għal sforz Ewropew ġdid biex tikattar iżjed il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kanċer, li ilha prijorità għal żmien twil fil-politika tas-saħħa pubblika tal-UE.

L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-azzjoni kontra l-kanċer españolDeutschEnglishfrançais – li nediet il-Kummissjoni Ewropea fid-29 ta' Settembru – se tgħaqqad riċerkaturi, tobba, uffiċjali tal-gvern u rappreżentanti ta' gruppi ta' pazjenti f'erba' gruppi ta' ħidma. Kull grupp se jiffoka fuq xi ħaġa speċifika: il-prevenzjoni tal-kanċer, il-kura, ir-riċerka u l-ġabra ta' informazzjoni.

Tul il-ħames snin li ġejjin, il-gruppi għandhom ifittxu modi kif inaqqsu r-rati tal-kanċer – pereżempju, biż-żieda tal-iskrining tal-kanċer tas-sider, tal-musrana u dak ċervikali, u bl-iżvilupp ta' metodu koordinat fir-riċerka. Għandhom jaħdmu jkoll biex jiżguraw li l-istatistika tkun preċiża. Il-Kummissjoni tkun qed tissorvelja ħidmiethom u tipprovdi appoġġ amministrattiv u xjentifiku.

Nixtiequ li bl-iskambju tal-għerf, il-kapaċità u l-esperjenza, il-pajjiżi tal-UE jirnexxilhom jipprevjenu u jittrattaw il-marda aħjar. Il-ħidma flimkien għandha tgħinhom ukoll jevitaw xogħol doppju u jużaw ir-riżorsi aħjar.

L-UE għandha l-għan li tnaqqas il-każijiet ġodda bi 15% matul l-għaxar snin li ġejjin - sal-2020. Dak ikun ifisser 510,000 każijiet ġodda inqas. Bil-każijiet tal-kanċer dejjem jiżdiedu waqt li tixjieħ il-popolazzjoni, din se tkun sfida ġmielha.

Attwalment, il-kanċer joqtol 3 minn kull 10 irġiel u 2 minn kull 10 nisa.

Assoċjazzjoni tal-UE kontra l-kanċer English

Akar dwar il-kanċer fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli