Mogħdija tan-navigazzjoni

MP3 pleyer fuq baskett ©KE

Biex jiġu evitati problemi tas-smigħ se jiġi kkontrollat il-volum tal-MP3 plajers, l-iPods u l-plajers ta' mużika persunali oħra

L-MP3 plejers u l-iPods mibjugħin fl-UE dalwaqt se jkun jiħtiġilhom li jkollhom difolt għall-issettjar biex jiskuraġġixxu lill-pubbliku milli jisimagħhom f'volumi ta' periklu kbir.

L-UE qed tirrivedi l-istandards tas-sikurezza għal plejers persunali tal-mużika wara li kumitat xjentifiku wissa li l-użu għal ħin twil ta' smigħ b'volum qawwi ta' dawn l-istrumenti tas-smigħ portabbli jista' jwassal għal ħsara permanenti fis-smigħ.

Il-Kummissjoni talbet lill-kumitat l-opinjoni tiegħu fid-dawl tal-popolarità tal-plejers portabbli ta' mużika, inklużi l-mowbajls, speċjalment fost iż-żgħar.

Il-bejgħ ta' dawn l-istrumenti żdied ħafna fis-snin reċenti. Fl-UE, bejn 50 u 100 miljun persuna tużahom ta' kuljum. Ikkalkulat li kważi 10 miljun persuna qed jirriskjaw problemi ta' smigħ aktar tard f'ħajjithom.

Mela x'inhu l-limitu? It-tweġiba tiddependi fuq kemm iddum tisma'.

Jeżistu essenzjalment żewġ problemi bil-plejers persunali ta' mużika. L-ewwel problema hi li dawn isir użu minnhom f'postijiet storbjużi - pereżempju fuq il-karozzi tal-linja - u għalhekk il-volum ikollu jiżdied. F'ċerti strumenti, il-volum jogħla wkoll b'mod awtomatiku.

Il-problema l-oħra hi l-użu fit-tul. Volum aktar baxx jista' jkun ta' aktar ħsara minn mużika aktar qawwija jekk is-smigħ ikun aktar fit-tul.

Fil-biċċa l-kbira tal-plejers persunali ta' mużika, il-livell tal-ħoss jista' jvarja minn 60 dBA (deċibels aġġustati) sa 120 dBA. Skont ix-xjentisti, it-telf tas-smigħ ma għandux iseħħ f'livell taħt it-80 dBA - bejn wieħed u ieħor l-ekwivalent ta' xi ħadd jgħajjat jew tal-ħoss tat-traffiku minn triq fil-viċin. Anki bi 80 dB(A) tista' wkoll tisma' b'mod sikur għal 40 siegħa fil-ġimgħa. Iżda għolli ftit il-volum, u r-riskju jiżdied ħafna. Il-massimu rrikkmandat ta' 89 dB(A) hu ta' ħames sigħat fil-ġimgħa.

Barra minn hekk meta jingħata difolt ta' ssettjar, il-plejers persunali ta' mużika jkollhom javżaw lill-konsumaturi dwar ir-riskju li jkunu qed jieħdu meta jaqbżu l-limitu tas-sikurezza. Din tista' tkun tikketta jew twissija fuq l-iskrin – id-dettalji tekniċi jitħallew f'idejn il-manifatturi.

Attwalment il-produtturi huma obbligati biss li jinkludu twissija fil-manwal ta' struzzjonijiet.

MP3 plejers u s-smigħ DeutschEnglishespañolfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli