Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ewropa mingħajr karozzi - 17/09/2009

Il-kampanja għal trasport favur l-ambjent għandha rwol ewlieni għall-ibliet fil-ġlieda kontra t-tisħin globali.

Mijiet ta' bliet u rħula qed jagħlqu wħud mit-toroq l-aktar traffikużi għall-karozzi għal ġurnata biex iħeġġu lin-nies ma jsuqux. Il-ġurnata mingħajr karozzi hija l-qofol tal-ġimgħa tal-mobilità, il-kampanja annwali tal-UE li tħeġġeġ l-użu ta' mezzi ta' trasport favur l-ambjent.

Il-karozzi u l-vannijiet huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-istorbju, t-tniġġis u t-traffiku li joħonqu l-ħajja f'belt. Huma wkoll l-akbar sors ta' CO2, il-gass prinċipali responsabbli għat-tibdil fil-klima.

Mis-16 sat-22 ta' Settembru se jsiru avvenimenti għall-promozzjoni ta' alternattivi minflok l-użu ta' karozza privata. Bosta bliet se jaħtfu l-opportunità biex jintroduċu servizzi tat-trasport pubbliku, żoni pedonali jew passaġġi għar-roti ġodda jew imtejba. L-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju u premju għall-aqwa programm.

Minbarra li tippromwovi t-trasport sostenibbli, it-tema ta' din is-sena hija 'Intejbu l-Klima tal-Belt' li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar ir-rwol ewlieni li jista' jkollhom l-awtoritajiet lokali fil-ġlieda kontra t-tisħin globali. Aktar minn 70% tal-Ewropej jgħixu f'żoni urbani. L-ibliet jistgħu jrażżnu l-gassijiet b'effett serra b'mod konsiderevoli billi jikkonvinċu lir-residenti jħallu l-karozzi tagħhom id-dar.

Din hija it-tmien sena, tal-ġimgħa Ewropea tal-mobilità Englishfrançais. Din id-darba hemm pajjiżi oħra minn madwar id-dinja li qed jikkontribwixxu; Seoul, Rio de Janeiro, Taipei, Montreal, Yokohama u Quito kienu fost l-2,102 raħal u belt li ħadu sehem fl-2008, numru rekord li jirrappreżenta 220 million persuna f'39 pajjiż.

Budapest, li kienet il-belt rebbieħa tas-sena l-oħra, għandha programm ieħor impressjonanti li jinvolvi l-bidla tal-istorika Andrássy Avenue għal "triq mimlija ħajja" miksija bil-ħaxix.

Inħawi oħra:

• Salzburg ħejjiet dimostrazzjonijiet interattivi ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku u dawriet bir-rickshaw madwar il-belt Awstrijaka.

• F'Vilnius, il-Litwanja, eluf ta' għalliema u studenti qed jippjanaw li jmorru l-iskola bir-rota.

• Il-belt Portugiża ta' Almada qed tqassam biljetti tat-trasport pubbliku b'xejn fi skambju għal skart riċiklabbli.

• Madwar 200 negozju f'Gothenburg, l-Iżvezja, impenjaw ruħhom li jappoġġjaw lill-impjegati li jħallu l-karozzi d-dar matul il-ġimgħa tal-mobilità.

 

Ara l-attivitajiet għall-ġimgħa tal-mobilità viċin tiegħek Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli