Mogħdija tan-navigazzjoni

Nillimitaw it-tixrid tal-influwenza epidemika - 15/09/2009

Mara titlaqqam kontra l-influwenza ©EC

Strateġija biex tiġi limitata l-firxa tal-virus tal-influwenza H1N1.

Il-ministri tas-saħħa tal-UE se jiddiskutu l-proposti tal-Kummissjoni f'laqgħa speċjali dwar l-influwenza f'Ottubru.

Tliet xhur wara li ġiet dikjarata pandemija, il-virus ġdid H1N1 għadu t-tip ewlieni ta' influwenza li qed jiċċirkola mad-dinja kollha. Ħafna mill-każijiet ma kienux qawwija, iżda hemm il-biża' ta' mewġa iktar virulenti tal-virus fix-xhur li ġejjin. Filwaqt li l-vaċċini issa bdew deħlin fis-suq, id-domanda hi ikbar mill-kapaċità tal-produzzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir, u l-ispejjeż jaf ikunu impediment għal xi pajjiżi.

L-istrateġija tal-UE tindirizza dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll l-impatt ekonomiku li jista' jkun hemm f'każ ta' epidemija iktar ħarxa. Waqt li qed tisħaq fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvernijiet tal-UE, qed tippreżenta firxa ta' għażliet għal azzjoni konġunta. B'mod partikolari, qed titlob li jittieħed approċċ koerenti rigward it-tilqim u miżuri preventivi oħra.

L-influwenza H1N1 - l-aħħar żviluppi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli