Mogħdija tan-navigazzjoni

Nar jew livell għoli tal-ilma - kif l-UE tirreaġixxi għad-diżastri naturali - 27/08/2009

Persuna mit-tim tat-tifi tan-nar qed titfi nar fil-foresta © EC

Kull meta l-pajjiżi membri tagħha jintlaqtu minn diżastri naturali, l-UE tintervjeni biex tgħin fil-koordinazzjoni tal-assistenza u l-finanzjament tal-bini mill-ġdid tal-infrastruttura essenzjali.

Filwaqt li l-biċċa kbira tagħna qed igawdu s-Sajf, min-naħa l-oħra hemm uħud li l-btala tagħhom fl-Ewropa Ċentrali u r-reġjun tal-Mediterran saret infern minħabba l-għargħar u n-nirien fil-foresti.

Fit-tmiem ta' Ġunju, xita qawwija wasslet għal għargħar aħrax madwar parti kbira tal-Bavarja, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija u l-Polonja. Id-Danubju u t-tributarji tagħha, kollha faru.

Fl-istess waqt, il-Portugall, Spanja, Franza, l-Italja u l-Greċja kienu jinsabu f'sitwazzjoni kemm xejn differenti: nar. Fil-ġimgħa li għaddiet biss, fil-Greċja kien hemm 67 nirien separati li qerdu madwar 21,200 ettaru. Dawn ħarqu madwar żewġ miljun siġra u tal-anqas 150 dar.

Grazzi għall-assistenza koordinata tal-UE, l-Italja, Franza, Spanja u Ċipru kollha bagħtu ajruplani tal-Canadair biex iwaqqfu n-nirien fiż-żona ta' Ateni. L-UE wkoll għandha ajruplani simili li huma bbażati f'Korsika u li jistgħu jintużaw biex jgħinu jitfu n-nirien fil-foresti madwar ir-reġjun tal-Mediterran.

Barra minn hekk, l-UE tmexxi wkoll sistema Ewropea għall-informazzjoni dwar in-nirien fil-foresti English. Din tipprovdi informazzjoni aġġornata mibgħuta minn satellita dwar in-nirien li jkunu għaddejjin, mapep dettalji taż-żoni milquta u tbassir fuq sitt ijiem biex inkun żgurat intervent bikri.

Filwaqt li l-pajjiżi milquta mill-għargħar ta' dan is-Sajf ma talbux għajnuna esterna, f'okkażjonijiet preċedenti, dgħajjes, pompi, generators, tgħamir għat-tindif tal-ilma u għall-emerġenza ntbagħtu fiż-żoni mgħarrqa permezz tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili English tal-UE.

Il-Fond ta' solidarjetà tal-UE jista' jintervjeni wkoll biex jikkontribwixxi fin-nefqa ta' operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza bħall-bini ta' infrastruttura, jipprovdi akkomodazzjoni temporanja u ħarsien tal-wirt kulturali.

Aktar tagħrif dwar il-protezzjoni ċivili Ewropea English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli