Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tibdil fil-klima: L-Unjoni tagħti widen liż-żgħażagħ - 10/08/2009

Ħamrija niexfa qoxqox, bi ftit ħaxix ħażin l-hemm u l-hawn © CE

Il-Kampanja "Play to Stop - Europe for climate" tagħti l-okkażjoni liż-żgħażagħ biex jinformaw u jesprimu ruħhom dwar it-tibdil fil-klima u l-ambjent.

Il-kampanja "Play to Stop – Europe for climate" българскиčeštinadanskDeutschEnglishfrançaisitalianomagyarpolskiRomânasvenska organizzata mill-Unjoni Ewropea se ssir minn Lulju sa Diċembru fi ħdax-il Stat Membru (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Iżvezja u r-Renju Unit). L-għan tagħha hu li tħeġġeġ il-ġenerazzjoni l-ġdida biex tinvesti iktar fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Immexxija f'kollaborazzjoni mal-istazzjon mużikali MTV, il-kampanja tagħti liż-żgħażagħ l-okkażjoni li jinfurmaw, jesprimu ruħhom, u jiskambjaw l-ideat tagħhom qabel il-konferenza li jmiss tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima. Minbarra portal tal-internet, pubblikazzjonijiet u riklami, se jiġu organizzati tliet kunċerti minn artisti internazzjonali fi Stokkolma, Budapest u Kopenħagen, u se jiġu ritrażmessi fuq l-istazzjoni mużikali.

Il-ħmistax-il konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima se ssir f'Kopenħagen mis-7 sat-18 ta' Diċembru 2009. Ser tgħaqqad madwar 200 pajjiż li se jippruvaw jikkonkludu ftehim ġdid maħsub li jieħu post il-protokoll ta' Kjoto fl-2012. Matul din il-konferenza, l-Unjoni se tafferma mill-ġdid l-għanijiet ambizzjużi definiti fl-2008, fi kliem ieħor, it-tisħiħ tal-effikaċja tal-enerġija u t-tiswir ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju.

Minn issa sal-2020, l-Unjoni Ewropea tipprevedi partikolarment li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra b'20%, li tnaqqas il-konsum tal-enerġija b'20% u li tuża enerġija rinnovabbli minflok il-fjuwils fossili, li għandha tkopri 20% tal-bżonnijiet enerġetiċi.

Grazzi għal din il-kampanja, iż-żgħażagħ Ewropej jistgħu jsemmgħu leħinhom qabel ma tibda din il-konferenza deċiżiva għall-ġejjieni tal-umanità.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli