Mogħdija tan-navigazzjoni

Mara anzjana tbati mill-Alzheimer © Reporters

Proposti għal azzjoni koordinata kontra l-Alzheimer u forom oħra ta' dimenzja.

Tnejn u għoxrin pajjiż se jingħaqdu biex jistudjaw il-marda tal-Alzheimer u forom oħra ta' dimenzja. Dan l-istudju se jkun l-ewwel tentattiv għal strateġija ġdida tar-riċerka fl-Ewropa.

Kif enfasizzat il-Kummissjoni s-sena l-oħra, il-miżuri rakkomandati jħeġġu l-pajjiżi tal-UE biex jiġbru r-riżorsi għar-riċerka sabiex ma jagħmlux sforzi żejda u wisq anqas ma jaħlux fondi prezzjużi. Madwar 85% tal-flus għar-riċerka fl-Ewropa li jaslu mill-poplu, jintnefqu fuq intrapriżi nazzjonali biss.

F' Diċembru, il-mexxejja tal-UE ħaddnu l-kunċett ta' 'programmar konġunt' b'kondizzjoni li l-proġetti jkunu volontarji u bl-għan li jindirizzaw kwistjoni Ewropea jew globali. Id-dimenzja hija deterjorament permanenti jew progressiv tal-ħila mentali. Hekk kif il-problema qed tiżdied fil-pajjiżi kollha tal-UE, din il-marda ġiet rikonoxxuta bħala suġġett tajjeb għal proġett pilota. L-ispejjeż għall-kura tagħha huma sostanzjali, filfatt fl-2005 dawn ammontaw għal madwar €130 biljun.

Wieħed jittama li l-proġett iħeġġeġ riċerka konġunta f'oqsma oħra, li jinkludu t-tibdil klimatiku. Skont il-Kummissarju għar-Riċerka Janez Potočnik, jekk il-pajjiżi jikkoordinaw l-isforzi tagħhom, "se nagħmlu pass ta' ġgant 'il quddiem".

Madwar 7.3 miljun persuna fl-UE jbatu minn xi forma ta' dimenzja, numru li huwa mistenni li jirdoppja matul l-20 sena li jmiss hekk kif l-istennija tal-għajxien qed tiżdied. Il-marda tal-Alzheimer hija l-aktar kawża komuni li twassal għal 70% tal-każijiet tad-dimenzja. Għad m'hemm l-ebda kura għal din il-marda li tisraq il-memorja u l-ħila tal-ħsieb.

Il-proġett pilota huwa parti minn pjan ta' azzjoni aktar vast imfassal mill-Kummissjoni bħala tweġiba għaż-żieda fid-dimenzja. Minbarra s-sejħa għaż-żieda fil-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka, il-pjan iħeġġeġ lill-pajjiżi membri biex jaqsmu l-għarfien u x-xogħol bejniethom. Dan jippermetti djanjosi bikrija tad-dimenzja.

Normalment, l-Alzheimer tfeġġ wara s-60 sena u r-riskju jżdied hekk kif il-persuna tixjieħ. Il-persuni li jimirdu bl-Alzeihmer ta' età aktar żgħira, jistgħu jagħmlu tibdil fir-rutina ta' kuljum biex b'hekk itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, jistgħu jipparteċipaw f'deċiżjonijiet dwar il-kura li jirċievu, jirranġaw il-kwistjonijiet finanzjarji tagħhom jew jieħdu parir psikoloġiku.

Aktar dwar l-azzjoni tal-UE kontra l-Alzheimer u d-dimenzja DeutschEnglishespañolfrançais

Eżempji ta' riċerka dwar il-mard newrodeġenerattiv iffinanzjati mill-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli