Mogħdija tan-navigazzjoni

Ngħixu f'ambjent mingħajr tipjip - 08/07/2009

Il-pajjiżi tal-UE jiġu mħeġġa biex jgħaddu liġijiet aktar stretti kontra t-tipjip.

Il-Kummissjoni qed issejjaħ għal projbizzjoni tat-tipjip English f'postijiet pubbliċi madwar l-UE sal-2012.

Attwalment, il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom regolamenti mfassla biex iħarsu lin-nies mit-tipjip passiv u l-effetti ħżiena tiegħu. Madankollu, ir-regoli jvarjaw minn pajjiż għal ieħor.

Bis-saħħa tal-projbizzjoni tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol fuq ġewwa u l-postijiet pubbliċi bħal restoranti u l-ħwienet tax-xorb, ir-Renju Unit u l-Irlanda għandhom l-aktar liġijiet stretti. Il-Bulgarija hija mistennija tagħmel l-istess fl-2010.

Il-Greċja, l-Italja, Malta, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Finlandja, is-Slovenja, Franza u l-Olanda daħħlu leġiżlazzjoni dwar il-projbizzjoni tat-tipjip li xorta waħda jippermettu kmamar speċjali għat-tipjip fil-magħluq.

L-UE qed tipproponi biex jitfasslu liġijiet ugwali għall-pajjiżi kollha tal-UE biex jirregolaw it-tipjip f'postijiet pubbliċi u l-postijiet tax-xogħol, b'mod aktar strett.

It-tipjip passiv ġie relatat mal-mard tal-qalb u l-kanċer tal-pulmun. Huwa mifhum li fl-2002 madwar 19,000 persuna li ma jpejpux mietu fl-UE minħabba it-tipjip passiv li jseħħ id-dar jew fuq il-post tax-xogħol.

It-tabakk hu l-kawża ewlenija li tista' tiġi evitata ta' mwiet fl-UE, responsabbli għal madwar 650,000 ħajja fis-sena. Wieħed fi tliet Ewropej, jew aħjar, madwar 170 miljun jużaw it-tabakk.

Bħala parti mill-kampanja l-ġdida kontra t-tipjip, l-UE qed tistieden lin-nies itellgħu filmati li juru kif irnexxielhom iwaqqfu l-vizzju tat-tipjip. Mijiet ħadu azzjoni u xogħlhom jinsab fuq il-websajt tal-kampanja.

Għal ħajja mingħajr tabakk

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli