Mogħdija tan-navigazzjoni

Stampa ta' mowbajl jixxemmex ©EC

L-UE ttemm is-'serq tar-roaming' b'sejħiet, sms u surfing irħas barra l-pajjiż

Ir-regoli l-ġodda dwar ir-'roaming' tal-UE jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju biex b'hekk l-ispejjeż tal-mowbajl minn barra jinżlu b'mhux inqas minn 60%.

Ir-regoli, li ma setgħux ġew fi żmien aħjar, eżatt qabel il-vaganzi tas-sajf, inaqqsu l-prezzijiet li l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni jistgħu jitolbu lill-klijenti Ewropej għar-roaming (l-użu tal-mowbajl f'pajjiż ieħor) fl-UE.

Din hija l-ewwel darba li l-UE imponiet limiti fuq il-prezzijiet tal-messaġġi SMS u tas-servizzi ta' data. Ir-regoli jniżżlu wkoll il-limiti massimi attwali tas-sejħiet bir-roaming.

Messaġġ minn pajjiż ieħor tal-UE se jqum massimu ta' 11-il ċenteżmu tal-ewro (jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali), inqas minn nofs il-prezz medju ta' 29 ċenteżmu kif kien s'issa (bil-wisq aktar minn kemm wieħed iħallas biex jibgħat messaġġ f'pajjiżu). Li tirċievi sms f'pajjiż ieħor tal-UE jibqa' b'xejn.

It-tariffi għal servizzi oħra bir-roaming - bħal li tibgħat email jew ritratt jew tissurfja fuq l-internet - ġew illimitati fil-livell tal-ingrossa. Jiġifieri, il-livelli massimi japplikaw għar-rati li l-operaturi jiċċarġjaw lil xulxin.

Il-limitu tal-prezz bl-ingrossa huwa ta' €1 għal kull megabyte li tniżżel, imqabbel mal-medja ta' qabel ta' €1.68. Il-limitu se jinżel għal €0.80 fl-2010 u għal €0.50 fl-2011. Il-prezzijiet kollha huma bil-minuta u jeskludu l-VAT.

Il-konsumatur jista' jagħżel li jinqata' awtomatikament jekk il-kont jilħaq €50, jew jista' jagħżel limitu aktar għoli. Dan għandu jipproteġi lin-nies minn xi kont tal-waħx bħal dak ta' klijent Ġermaniż li niżżell programm tat-tv waqt li kien Franza - u rċieva kont ta' €46,000 !

Skont ir-regoli l-ġodda, l-operaturi tal-mowbajl iridu jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom għas-sejħiet bir-roaming bis-sekonda wara l-ewwel 30 sekonda, minflok bil-minuta. Dan huwa mistenni jnaqqas il-kontijiet b'aktar minn 20%.

 

Is-sit tar-roaming tal-UE English

Vaganzi u SMS fuq il-Facebook English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli