Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħidma kontra d-droga - 26/06/2009

Ġuvni jaħraq l-erojina fuq mgħarfa ©Reporters

Kampanja ġdida kontra d-droga twassal il-ġlieda lin-nies

L-UE qed issejjaħ lill-Ewropej kollha biex jingħaqdu fil-kampanja l-ġdida kontra d-droga li tħallihom jiddeċiedu kif jikkontribwixxu.

Il-kampanja tnediet fis-26 ta' Ġunju waqt ċerimonja li tfakkar il-jum tan-NU kontra l-abbuż tad-droga English .

Wieħed u għoxrin organizzazzjoni ssieħbu fuq il-post. Huma wiegħdu li se jieħdu azzjoni biex iqajmu kuxjenza dwar il-periklu tal-abbuż tas-sustanzi. Dawn l-organizzazzjonijiet jinkludu gruppi għaż-żgħażagħ, għall-karità u entitajiet li jappoġġjaw persuni dipendenti fuq id-droga.

Il-parteċipanti għandhom ikunu mħejjija biex jagħmlu pjan ta' azzjoni konkret. Madankollu, dawn għandhom il-libertà li jagħżlu liema miżuri jixtiequ jieħdu. Biex ikun żgurat li l-parteċipanti qed jilħqu l-impenji tagħhom, il-voluntiera qed jiġu mitluba li jiffirmaw għall-wegħdiet tagħhom.

L-avveniment infetaħ mill-preżentatur Nikos Aliagad u l-attivista soċjali Pollakk Jerzy Owsiak.

Ta' kull sena, fl-Ewropa jmutu bejn 7,000 u 8,000 persuna minn overdose tad-droga. Il-biċċa l-kbira tagħhom jinvolvu l-erojina, li hija s-sustanza prinċipali li twassal għall-mewt fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, b'mod partikolari qalb l-ġuvintur f'żoni urbani.

Minbarra li tista' tagħmlek dipendenti ħafna u hija suxxettibbli għall-overdose, din tikkontribwixxi għat-tixrid tal-HIV u l-epatite C. Dan il-mard jista' jittieħed permezz ta' siringi infettati.

Azzjoni Ewropea kontra d-drogi - impenji DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli