Mogħdija tan-navigazzjoni

Għand it-tabib ©Reporters

Differenzi fir-rati tal-imwiet iwasslu għal sforz konġunt.

Ir-riskju li l-irġiel Ungeriżi jmutu bil-kanċer huwa d-doppju ta' dak tal-irġiel fl-Iżvezja u l-Finlandja. L-istess għan-nisa Daniżi meta mqabbla man-nisa mill-Greċja u Spanja.

Fil-Ġermanja, ir-rata tal-kanċer tal-musrana huwa darbtejn aktar għoli mill-Greċja, filwaqt li fil-Belġju u Franza il-kanċer tas-sider huwa bil-kbir aktar komuni mil-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Dawn id-differenzi enormi bejn il-pajjiżi tal-UE mhumiex ġodda. Hemm ħafna fatturi li jaffettwaw iċ-ċifri, pereżempju l-mod kif jinġabru u jiġu ppreżentati. Iżda l-persistenza ta' differenzi kbar tissuġġerixxi nuqqas ta' uniformità fil-kwalità tal-kura tas-saħħa madwar l-UE.

Id-differenzi – flimkien mar-rati għoljin ta' kanċer fl-Ewropa kollha – huma fost it-tħassib li qed iwassal għal sforz Ewropew ġdid biex ikattar iżjed kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kanċer flimkien ma' prijorità fil-politika tas-saħħa pubblika tal-UE.

Is-Sħubija Ewropea għall-azzjoni kontra l-kanċer English – li mistennija titnieda fil-ħarifa – se tgħaqqad riċerkaturi, tobba, uffiċjali tal-gvern u rappreżentanti ta' gruppi ta' pazjenti f'erba' gruppi ta' ħidma. Kull grupp se jiffoka fuq xi ħaġa speċifika: il-prevenzjoni tal-kanċer, il-kura, ir-riċerka u l-ġabra ta' informazzjoni.

Tul il-ħames snin li ġejjin, il-gruppi għandhom ifittxu modi kif inaqqsu r-rati tal-kanċer – pereżempju, biż-żieda tal-iskrining tal-kanċers tas-sider, tal-musrana u dak ċervikali, u bl-iżvilupp ta' metodu koordinat fir-riċerka. Għandhom jaħdmu jkoll biex jiżguraw li l-istatistika tkun preċiża. Il-Kummissjoni tkun qed tissorvelja ħidmiethom u tipprovdi appoġġ amministrattiv u xjentifiku.

Nixtiequ li bl-iskambju tal-għarfien, il-kapaċità u l-esperjenza, il-pajjiżi tal-UE jirnexxilhom jipprevjenu u jittrattaw il-marda aħjar. Il-ħidma flimkien għandha tgħinhom ukoll jevitaw xogħol doppju u jużaw ir-riżorsi aħjar.

L-UE għandha l-għan li tnaqqas il-każijiet ġodda bi 15% matul l-għaxar snin li ġejjin. –sal-2020. Dak ikun ifisser 510,000 każijiet ġodda inqas. Bil-każijiet tal-kanċer dejjem jiżdiedu waqt li tixjieħ il-popolazzjoni, din se tkun sfida ġmielha.

Ta’ kull sena, 3.2 miljun Ewropew jinstabilhom xi forma ta’ kanċer, l-aktar kawża komuni ta' mewt fl-Ewropa wara l-mard tal-qalb. Il-kanċer joqtol 3 minn kull 10 irġiel u 2 minn kull 10 nisa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli