Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tibdil fil-klima – aġixxi u adatta - 22/06/2009

Il-logo tal-Ġimgħa tal-Ambjent © EC

Il-"Ġimgħa tal-Ambjnet" mistennija tqanqal lin-nies dwar kwistjonijiet tal-ambjent bejn it-23 u s-26 ta' Ġunju.

L-UE tinsab fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Intrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet b'tal-anqas 20% taħt il-livelli tal-1990 u żżid is-sehem tal-enerġija li tiġġedded b'20% sal-2020. Ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima li se jieħu post il-ftehim ta' Kyoto għandu jiġi adottat f'Kopenħagen f'Diċembru.

B'hekk mhix sorpriża li din id-disa' sena tal-Ġimgħa tal-Ambjent English, bis-slogan "aġixxi u adatta" tiffoka fuq it-tibdil fil-klima. It-temi ewlenin jinkludu l-prospetti għal ftehim fil-konferenza ta' Kopenħagen, kif tinħoloq soċjetà bla karbonju sal-2050 u l-protezzjoni tal-ekonomija u l-ambjent mit-tibdil fil-klima.

Fi Brussell se jsiru bosta dibattiti u workshops fil-konferenza tal-ġimgħa tal-ambjent, filwaqt li avvenimenti oħra fil-belt se jkunu miftuħin għall-pubbliku. Dawn jinkludu eżibizzjoni dwar l-urbaniżmu viżjonarju English mill-perit Luc Schuiten u l-wiri ta' "The age of the stupid" English, film dwar it-tibdil fil-klima.

Il-premjijiet LIFE għall-proġetti tal-ambjent English se jiġu ppreżentati fl-24 ta' Ġunju. Qed jikkompetu sistema Taljana ta' sprej ekoloġiku li jnaqqas l-użu tal-kimiċi b'95%, l-enerġija u l-ilma fl-industrija tal-kunzatura u proġett mir-Renju Unit li jiggarantixxi mod iktar sikur kif jiġi trattat id-drenaġġ għar-riċiklaġġ tal-ilma.

Il-Ġimgħa tal-Ambjent hi l-ikbar konferenza annwali dwar kwistjonijiet ambjentali Ewropej, li tgħaqqad lir-rappreżentanti mill-istituzzjonijiet tal-UE, min-negozji, mill-organizzazzjonijiet non-governattivi, mill-awtoritajiet pubbliċi u mir-riċerkaturi.

Il-websajt tal-Ġimgħa tal-Ambjent 2009 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli