Mogħdija tan-navigazzjoni

Analiżi tal-ilmijiet - 11/06/2009

Ċipru, il-Greċja, Franza u Malta għandhom l-aktar bajjiet nodfa fl-Ewropa.

Aħbar tajba għall-miljuni ta' Ewropej li matul dan is-sajf se jerħulha lejn bajja. Il-biċċa l-kbira tal-bajjiet Ewropej, huma nodfa biżżejjed għall-għawm. L-istess jgħodd għal-lagi u x-xmajjar fejn huwa permess l-għawm (jew tal-anqas ittollerat).

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm jgħid li fl- 2008 madwar 96% tal-bajjiet u 92% tax-xmajjar u lagi laħqu l-istandards minimi tal-UE għall-indafa. Dan huwa progress żgħir fuq il-perċentwali tal-2007.

L-aktar ilma nadif jinsab f'Ċipru (98.2%), issegwi l-Greċja (97.7%), Franza (96.3%) u Malta (94.3%). Ħames pajjiżi għandhom baħar nadif f'aktar minn 80% tas-siti analizzati: l-Italja, l-Finlandja, l-Iżvezja, il-Portugall u l-Ġermanja.

Fl-2008, ġew iċċekkjati aktar minn 21,400 żona, 75 aktar mis-sena li għaddiet. Żewġ terzi kienu fuq il-kosta filwaqt li l-bqija kienu xmajjar u lagi.

L-ilma jiġi analizzat abbażi kriterji fiżiċi, kimiċi u batterjoloġiċi. Il-liġi ta'l-UE tistipola livelli minimi li jridu jintlaħqu mill-gvernijiet nazzjonali, kif ukoll kriterji oħra għall-pajjiżi li jridu jmorru lil hinn minn dawn il-livelli. Madwar 89% tal-bajjiet u 70% tal-lagi u x-xmajjar segwew l-aktar standards stretti.

L-Italja għandha aktar siti kostali għall-għawm minn kull pajjiż ieħor tal-UE. Wara l-Italja nsibu lill-Greċja, Franza, Spanja u d-Danimarka - f'din l-ordni. Il-Ġermanja u Franza għandhom l-aktar żoni tal-ilma ħelu.

Għal vaganza mingħajr inkwiet, agħti ħarsa lejn ir-rapporti annwali English u l-mapep interattivi English fuq is-sit tal-Kummissjoni dwar l-ilma għall-għawm.

 

Kemm hi nadifa ż-żona favorita tiegħek għall-għawm? English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli