Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tipjip m'għadux moda - 05/06/2009

Xadin b'pakkett sigaretti ©EC

Ittellgħu mijiet ta' filmati fuq il-websajt tal-kampanja tal-UE kontra t-tipjip dwar il-perikoli tat-tipjip.

Il-filmati huma parti mill-kampanja tal-UE kontra t-tabakk. Tuża' l-umoriżmu biex twassal messaġġ serju.

Il-kampanja tinkludi tliet avviżi televiżivi li jidhru fuq madwar 100 stazzjon madwar l-UE. F'wieħed minnhom, naraw xadina b'subgħajn ħfief jgħinu lil tfajla tieqaf tpejjep. F'ieħor naraw raġel li jilbes bużżieqa tal-plastik ma' rasu biex in-nies ta' madwaru ma jibilgħux id-duħħan tiegħu.

Ir-riklami se jidhru f'Ġunju u mbagħad f'Settembru.

B'ispirazzjoni mill-YouTube, l-UE qed tistieden lin-nies itellgħu filmati li juru kif tista' twaqqaf il-vizzju tat-tipjip. Mijiet irrispondew u xogħlhom jinsab fuq il-websajt tal-kampanja English.

Is-sit jipprovdi wkoll pariri serji dwar kif tieqaf tpejjep, tevita d-duħħan ta' ħaddieħor jew tirreżisti l-kilba li taqbad il-vizzju. Dawk li jpejjpu jistgħu jagħmlu test biex jaraw kemm huma mogħtija għall-vizzju.

Il-kampnja timmira fuq l-adulti taħt il-35 sena, wara li stħarriġ tal-UE ssuġġerixxa li r-rati tat-tipjip fost din il-kategorija ta' età mhux talli kienu għoljin, talli huma kostanti. Għall-kuntrarju, ir-rati fost nies ta' età ikbar jidher li qed jonqsu.

It-tabakk hu l-kawża ewlenija li tista' tiġi evitata ta' mwiet fl-UE, responsabbli għal madwar 650 000 ħajja fis-sena. Wieħed fi tliet Ewropej - madwar 170 miljun - jużaw it-tabakk. Ħafna minnhom jibdew minn età żgħira.

Għal ħajja mingħajr tabakk English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli