Mogħdija tan-navigazzjoni

Oċean ta' opportunità - 19/05/2009

Logo għall-jum marittimu tal-Ewropa ©EC

Il-jum marittimu tal-Ewropa jisħaq dwar l-importanza tal-baħar u l-oċean f'ħajjitna

Is-sajd żejjed, it-tniġġis, il-piraterija, it-tibdil fil-klima kostali u l-enerġija tar-riħ 'il-barra mill-kosta - kwistjonijiet li ġew indirizzati waqt konferenza riċenti tal-UE dwar il-politika marittima.

Il-konferenza ta' livell għoli DeutschEnglishfrançais ġabet ambjentalisti, xjentisti u mexxejja fl-industrija u fil-gvern f'Ruma għal tlett ijiem ta' ħidma. Il-Prim Ministru Silvio Berlusconi u l-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso kienu fost il-kelliema ewlenin.

It-tħassib li tfaċċa għandu jitma' l-iżviluppi futuri tal-politika marittima tal-UE.

Il-laqgħa tat-19-20 ta' Mejju kienet waħda minn madwar 40 avveniment DeutschEnglishfrançais li saru madwar l-UE biex ifakkar il-jum marittimu DeutschEnglishfrançais Ewropew. Dawn inkludew sessjonijiet ta' ħidma, wirjiet, open days fil-portijiet u proġetti ambjentali.

Is-sena l-oħra l-UE ħatret l-20 ta' Mejju bħala jum għaċ-ċelebrazzjoni tal-importanza tal-baħar fl-istorja, il-kultura u l-ekonomija tal-Ewropa. Iżda hija wkoll okkazzjoni biex tenfasizza l-opportunitajiet u l-isfidi fir-reġjuni u n-negozji li jiddependu mill-baħar.

L-UE għandha madwar 70,000 km ta' kosta fi 22 pajjiż. Fir-reġjuni marittimi tgħix xi 40% tal-popolazzjoni - madwar 200 miljun ruħ. Dawn ir-reġjuni jiġġeneraw madwar 40% tal-prodott gross domestiku permezz ta' ħidma fil-portijiet, tbaħħir, sajd, turiżmu u attivitajiet oħra.

Bosta politiki tal-UE għandhom dimensjoni marittima, u sa dan l-aħħar, ħafna minnhom kienu jitmexxew skont is-settur. Imma peress li l-kompetizzjoni bejn dawn l-attivitajiet qed tikber ġmiela tul il-kosta, l-UE issa qed tapplika strateġija integrata biex tiżgura li r-riżorsi marittimi jintużaw b'mod sostenibbli.

Din l-istrateġija tnediet f'Ġunju 2007. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Kummissjoni introduċiet proposti biex tagħti spinta lir-riċerka marittima, l-iżvilupp tal-portijiet, it-titjib tat-tmexxija marittima u t-tnaqqis tal-ostakli fit-tbaħħir.

Proposti oħra jħeġġu l-enerġija tar-riħ 'il barra mill-kosta (offshore), jgħinu l-komunitajiet kostali jadattaw għat-tibdil klimatiku u jappoġġaw lil dawk impjegati fit-tbaħħir u s-sajd.

Dan l-aħħar, il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida li tmur kontra s-sajd illegali. Nediet ukoll konsultazzjoni li tinkludi l-Unjoni kollha dwar riforma fundamentali fil-politika tas-sajd Ewropea.

 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli