Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-monitoraġġ tal-influwenza l-ġdida - 05/05/2009

Passiġġiera li waslu mill-Messiku b'maskla f'Madrid © Reporters

L-UE qed taħdem qatigħ biex il-virus tal-influwenza A/H1N1 ma jinxteridx.

Bin-numru ta' każijiet ta' influwenza li qed jiżdied madwar id-dinja, il-virus jista' jilħaq proporzjonijiet pandemiċi. Iżda ma jidhirx li dan se jikkawża ħafna mwiet.

Il-Kummissarju għas-saħħa Androulla Vassiliou qed iħeġġeġ lin-nies biex iserrħu rashom. Ħafna mill-każijiet tal-influwenza ma kienux ħorox u l-virus qed jirrispondi għat-trattament. L-Ewropa għandha stokkijiet sostanzjali ta' mediċini kontra l-influwenza.

Il-virus A/H1N1 hu ffurmat minn elementi mill-annimali u mill-bniedem li qatt ma dehru qabel. Għalkemm qed insejħulha b'mod żbaljat "influwenza tal-ħnieżer", fil-fatt mhix qed tinxtered permezz tal-ħnieżer jew tal-laħam tal-majjal.

Ġew ikkonfermati iktar każijiet tal-virus, iżda mhemm l-ebda sinjal li l-passa qed tinxtered malajr fl-Ewropa. Ma ġewx irrapportati mwiet fit-12-il pajjiż Ewropej milquta s'issa.

Aġġornament kuljum dwar każijiet ġodda tal-influwenza l-ġdida Englishsvenska

Rispons koordinat għat-tifqigħa tal-influwenza l-ġdida

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli